Lokali

Il-Gvern għadu mingħajr pożizzjoni dwar it-tisħiħ tal-Kumitat tal-Istandards

Il-Gvern ta’ Robert Abela għadu qed jeħodha bil-lajma…għadu mingħajr pożizzjoni, u ma jridx jghid jekk iħossx il-ħtieġa jew le li jsaħħaħ il-Kumitat tal-Istandards.

Dan hekk kif tul din il-ġimgħa l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sostna li sabiex tissaħħaħ id-demokrazija ta’ pajjiżna hemm bżonn li ntejbu l-mod kif jiffunzjoni l-Parlament Malti.

Għaldaqstant, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista saħqet li hemm bżonn ta’ żewġ bidliet importanti.

Dan hekk kif ġiet proposta b’mod uffiċjali bidla fil-kompożizzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika. Flimkien ma’ dan…trid tkun iċċarata darba għal dejjem il-ġurisdizzjoni tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika biex eks-Membri Parlamentari, eks-Ministri, eks-Segretarji Parlamentari u eks-Assistenti Parlamentari jkunu jistgħu jiġu nvestigati wkoll.

Minkejja dawn il-proposti bi ħsieb li jsaħħu l-integritra u d-demokrazija f’pajjizna…il-Gvern ghadu qed ikaxkar saqajh biex jiehu pozizzjoni – bil-konferma ta’ dan tasal minn fomm Carmelo Abela, il-Ministru fl-Ufficcju tal-Prim Ministru.

Dan ifisser li s’issa l-Gvern ghadu mhux ihoss l-urgenza li jpoggi din it-tema fuq l-aġenda nazzjonali…b’differenza ghal dak li ghamel il-PN matul din il-ġimgħa.