Lokali

AĠĠORNATA: Sparatura fil-Mellieħa, tfittxija intensiva għal żagħżugħ b’rabta mal-każ

AĠĠORNATA

Il-Pulizija kmieni dalgħodu permezz ta’ post fuq Facebook qalet li l-persuna li kienet imfittxija b’rabta mal-każ tal-isparatura ta’ lbieraħ kienet arrestata għall-ħabta ta’ nofsillejl. Jidher li l-persuna arrestata ttieħdet ukoll l-isptar Mater Dei għall-kura.

L-arrest tal-persuna suspettata wara l-isparaturi ta’ lbieraħ sar wara ħidma intensiva bejn diversi taqsimiet tal-pulizija.

Il-Pulizija permezz ta’ post fuq Facebook appellat lil kull min għandu xi tip ta’ informazzjoni dwar fejn jista’ jkun qiegħed Aidan Bartol (ritratt) sabiex jgħaddilha din l-informazzjoni. anke b’mod anonimu, permezz ta’ messenger fuq il paġna ta’ Facebook The Malta Police Force jew fuq il-linji 21224001 / 119 u jiġi kkwotat in-numru 7/2021.

Il-Pulizija qed jappellaw għal informazzjoni dwar Aidan Bartolo

AKTAR KMIENI

Ħidma intensiva u kkordinata bejn diversi taqsimiet tal-Pulizija kif ukoll bl-għajnuna tal-Forzi Armati ta’ Malta biex jinstabu persuni li kienu involuti fi sparatur fil-Mellieħa.

Fl-aħħar ħin ġew sparati tiri fiż-żona tal-Mizieb fejn hemmhekk il-Pulizija sabet vettura tat-tip Mazda ta’ kulur aħmar u milquta minn bullets.

Pulizija mit-taqsimiet tar-Rapid Intervention Unit, dawk mid-Dipartiment tar-Reati Maġġuri, kif ukoll uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta permezz ta’ hellicopter jinsabu fiż-żona u għaddejjin bi tfittxija intensiva fis-żona u fost is-siġar tal-Mizieb għal persuna jew persuni li kienu involuti f’dan l-inċidenti.

Jidher li kontemporanjament f’diversi żoni fiċ-ċentru tal-pajjiż għaddejjin numru ta’ raids mill-Pulizija b’rabta ma’ ċirku ta’ traffikar tad-droga.

Tfittxijiet intensivi mill-Pulizija

Għal xi ħin il-Pulizija kienet ukoll qed issegwi vettura SUV ta’ lewn iswed, u jidher ukoll li kien hemm ħabta bejn żewġ vetturi.

Fil-post fejn seħħet l-isparatura, fi Triq Louis Wettinger, hemm ukoll tim mediku b’ambulanza. Jidher li t-tiri ġew sparati għall-ħabta tas-6.00pm.

Hu mifhum li fl-aħħar jiem il-Pulizija kienet qegħda ssegwi mill-qrib il-movimenti ta’ persuni marbuta mad-dinja tal-kriminalità u d-droga u huwa maħsub li dan il-każ