Lokali

Kartolini tal-Milied magħmula mit-tfal għall-anzjani li jinsabu fir-residenzi

Inizjattiva mill-isbaħ tal-Fondazzjoni Għall-Ġid tas-Soċjetà għandha l-għan li tferraħ lill-anzjani li jinsabu f’residenzi u li uħud minnhom jinsabu bogħod mill-qraba tagħhom.

Din l-inizjattiva li din is-sena rat il-fondazzjoni tingħaqad mal-Professur Alexei Dingli, Stephen Bezzina u Marvic Sciberras hi maħsuba biex tħajjar lil tfal tal-iskola jiddisinjaw u jħejju kartolini kkuluriti tal-Milied b’messaġġi ta’ ferħ, li mbagħad se jintbagħtu f’41 residenza tal-anzjani mifruxa f’Malta u Għawdex.

Din hija t-tieni sena li qed issir din l-attività, li qed taspira li twassal l-ispirtu tal-ferħ tal-Milied lill-faxxa tas-soċjeta tagħna li batiet l-aktar mumenti ta’ solitudni konsegwenza tal-pandemija.

Tfal li jixtiequ jipparteċipaw f’din l-inizjattiva sabiħa jistgħu itellgħu il-kartolini tagħhom fuq is-sit elettroniku www.nannietpostoffice.com sa nhar il-Ħadd 5 ta’ Diċembru.