Sport Sport Ieħor

Magħrufa l-finalisti għat-Tazza tal-President

Nhar it-Tnejn 13 ta’ Diċembru se tkun organizzata l-finali tal-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tazza tal-President, fejn aktar kmieni l-Ħamis kienu magħrufa l-finalisti. Mill-klassi Premier 37 żiemel ħadu sehem f’erba’ heats biex għaddew 24 żiemel għaż-żewġ semi finali li saru nhar l-Erbgħa l-1 ta’ Diċembru. Bħal ma ġara f’edizzjonijiet fil-passat, se jkunu s-sidien taż-żwiemel li jagħżlu n-numru li bih jitilqu ż-żwiemel wara l-karozza fil-finali, bl-għażla ssir skond il-pożizzjoni u l-ħin rreġistrat fis-semi finali.

Fil-preżenza tal-Viċi Chairman tal-Malta Racing Club/EquestriMalta s-Sur Edwin Borg kif ukoll il-Kap Eżekuttiv ta’ EquestriMalta s-Sur Max Zammit, dawn kienu n-numri magħżula mis-sidien:

1. SIR Q.C. (Paul Galea)2. GROSS WEIGHT (Noel Baldacchino)3. PABLO ANDOVER (Daniel Hili)4. DUKE OF MEARAS (Ludvig Ghigo)5. ROMANESQUE (Jesmar Gafà)6. BARON DE MAJUAG (GianLuca Grech)7. GLEN ORD SUPERB (Kurt Saliba)8. I WON’T DANCE (Michael Ellul)9. VIKING’S TOPLINE (Eugenio Bondin)10. VAKATO (Chris Grech)11. KASPER TROT (Rodney Gatt)12. LIAM DANA (Charles Camilleri)