Basketball Sport

Mellieħa Libertas Spalding jaħsdu lil Starlites

Colin Schembri

Depiro 76

Hibernians 100

(24-25)(19-34)(20-19)(13-22)

Hibs temmew l-ewwel round b’rebħa oħra din id-darba kontra Depiro biex momentarjament telgħu fl-ewwel post tal-klassifika u kkonfermaw il-mument posittiv li għaddejin minnhu. Din kienet l-ewwel partita bejn dawn iż-żewġ timijiet dan l-istaġun fejn għal Depiro għadu nieqes Andy Attard fil-waqt li Hibs kienu mingħajr Marko Vucinic flimkien ma’ David Bugeja u Peter Shoults. Depiro żammew il-pass mal-avversarji sat-tmien minuta tat-tieni taqsima però sofrew run qawwija kontrijhom li fetħet it-triq għal rebħa oħra Pawlista. Il-partita kellha bidu bilanċjat bi trippla fuq kull naħa bid-Depiro jieħdu vantaġġ minimu ta’ basket 7-5. Hibs kellhom risposta mill-Amerikani Mason Vires u Christian Soderholm flimkien ma’ Luke Farrugia biex ħadu l-vantaġġ u saħħewh wara trippli minn Keith Dimech, Vires u Soderholm. Qabel intemmet it-taqsima, sensiela ta’ punti minn TJ Atwood u Alex Oriakhi raw lil Depiro jnaqqsu d-distakk għal punt 24-25. Fit-tieni perjodu, Depiro marru fuq quddiem 32-29 bil-baskets ta’ Atwood, Oriakhi u Nicholas Grech. Hawn waslet l-ewwel run ta’ Hibs ta’ 10-0 kollha minn Dimech, Vires u Soderholm però Depiro ġew lura permezz ta’ Atwood u Sean Galea għal skor ta’ 40-43. Hawn Hibs reġgħu għamlu run oħra ta’ 16-3 bi three pointers minn Anton Axiaq, Matthew Attard u Soderholm biex f’daqqa waħda fetħu vantaġġ ta’ 16 -il punt 59-43. 

Wara l-intervall, żewġ trippli oħra ta’ Dimech kabbru l-vantaġġ ta’ Hibs għal 20 punt 69-49. Oriakhi u Atwood tħabtu għal Depiro qabel ma l-Amerikani għamlu 8 punti oħra bejniethom għal skor ta’ 77-55. Lejn tmiem it-taqsima, Depiro naqqsu xi ftit id-distakk bil-punti ta’ Atwood però Hibs xorta kienu għadhom 15 minn fuq 78-63. Il-Pawlisti fetħu l-aħħar taqsima b’run oħra ta’ 12-0 bit-trippli ta’ Vires u Attard. Depiro wieġbu bi trippla ta’ Galea u l-punti ta’ Atwood però kienu għadhom ‘l bogħod wisq mill-avversarji li għaqqdu l-mitt punt b’basket ta’ Vires u rebħu l-partita 100-76.

Depiro: S. Galea 9, B. Nel, N. Grech 2, S. Vella, TJ Atwood 38, M. Brincat 2, M. Mallia, A. Oriakhi 18, M. Debattista 2, L. Vella, T. Reese 5.

Hibs: M. Vires 31, N. Cassar, L. Farrugia 4, K. Dimech 17, A. Axiaq 3, R. Aquilina, M. Attard 13, C. Soderholm 27, I. Demcesen 5.

Referees: Bernard Vassallo, Daniela Torok, Ionut Ciurariu

Starlites Naxxar 79

Mellieħa Libertas Spalding 87

(11-16)(18-20)(27-20)(23-31)

Mellieħa Libertas wettqu waħda mill-akbar sorpriżi tal-istaġun s’issa meta għelbu lil Starlites Naxxar 87-79 biex tawhom l-ewwel telfa tal-kampjonat wara diversi partiti mhux megħluba mhux biss dan l-istaġun iżda wkoll fl-istaġun li għadda qabel ma waqaf ħesrem minħabba l-pandemija. Starlites kellhom żewġ elementi mportanti neqsin hekk kif kienu mingħajr Robert Bonnici u Matthew Scerri, żewġ titolarissimi però dan ma jnaqqasx mill-mertu ta’ Mellieħa li minkejja li fit-tielet sessjoni sabu ruħhom minn taħt baqgħu jiġru wara r-riżultat u ħadu rebħa li tista’ tiswijhom ferm fil-ġlieda għal post fil-play-offs. Starlites għamlu l-ewwel basket minn Louie Farrugia, bil-Mellieħa jirrispondu bi break ta’ 11-4 u komplew bi trippla ta’ Isaac Bonett. Starlites ukoll kellhom trippla miż-żagħżugħ Issac Azzopardi però Mellieħa temmew l-ewwel taqsima 16-11 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Mellieħa fetħu bil-punti konsekuttivi tal-Amerikan Austin Wrighten u trippla oħra ta’ Bonett tathom vantaġġ doppju 30-15. Starlites wieġbu bil-punti ta’ Alex Felice Pace flimkien ma’ Myles Thomas, Jamiah Haynes u trippla ta’ Farrugia però Mellieħa daħlu jistrieħu 36-29 minn fuq.

Kif mistenni, Starlites ħarġu aktar agressivi wara l-mistrieħ u għamlu run ta’ 11-0 kważi kollha minn Felice Pace li poġġiethom fuq quddiem 42-38. Mellieħa wieġbu permezz tal-Amerikan Jeremy Joyner u trippla ta’ Nikola Vasovic bi-żewġ timjiet ikomplu jirrispondu lil xulxin b’sensiela ta’ baskets li rathom itemmu s-sessjoni fuq parita ta’ 56 punt kull team. L-aħħar taqsima fetħet bi trippla ta’ Miguel Fabri għal Starlites però Mellieħa kellhom mument posittiv bil-punti ta’ Wrighten li kellhu żewġ trippli flimkien m’oħra ta’ Vasovic li rathom imorru disa’ punti minn fuq 74-65. Adam Azzopardi u Fabri għamlu trippla kull wieħed għal Starlites però Wrighten u Joyner flimkien ma’ CJ Cordina komplew iwieġbu għal Mellieħa speċjalment minn fuq il-freethrow line biex Mellieħa ħarġu rebbieħa 87-79.

Starlites: A. Felice Pace 14, I. Azzopardi 3, A. Azzopardi 7, I. Felice Pace 2, M. Fabri 5, L. Riolo, J. Bates 8, L. Farrugia 5, J. Haynes 18, M. Thomas 17.

Mellieħa Libertas: M. Falzon, V. Jandric 6, N. Vasovic 16, I. Bonett 11, C. Briffa, N. Bukva 6, J. Joyner 22, M. Azzopardi 2, CJ Cordina 4, N. Sultana, A. Wrighten 20.

Referees: Bernard Vassallo, Kamil Dworniczak, Ivica Simic.

Gżira Athleta 85

BUPA Luxol 75

(17-17)(25-15)(21-20)(24-23)

Wara r-riżultati tal-ġurnata ta’ qabel iż-żewġ timijiet riedu rebħa minn din il-partita li għalqet l-ewwel round tal-kampjonat biex ikompli jiġġieldu għal post mal-aħħar erbgħa. Kienu Gżira Athleta li rnexxielhom jagħmlu dan b’wirja mill-aqwa ta’ Nathan Xuereb li waħdu kellhu aktar punti miż-żewġ Amerikani. Il-partita kienet bilanċjata għalkemm Athleta kienu fuq quddiem kważi tul l-40 minuta ħlief għal xi waqtiet fl-ewwel u t-tieni perodu. Fil-ftuħ tal-partita kellna baskets fuq kull naħa qabel ma trippla ta’ Billy Zammit u basket ta’ Shawn Montague poġġew lill-Athleta fuq quddiem 14-10. Luxol wieġbu permezz ta’ Marco Matijevic li minbarra l-25 punt li għamel kien strumentali wkoll taħt il-boards b’diversi rebounds fuq iż-żewġ naħat. Sa’ tmiem il-perjodu kien hemm aktar punti ta’ Zammit u basket ta’ Canaan Coffey għalaq il-perjodu fuq parita ta’ 17-17. Fit-tieni perjodu, punti ta’ Juan Cefai poġġew lil Luxol għall-aħħar darba minn fuq. Athleta wieġbu bi trippli minn Xuereb u Zachary Hudson f’run ta’ 13-2 biex marru 9 punti fuq quddiem 30-21. Wara sensiela ta’ baskets fuq iż-żewġ naħat, Athleta kellhom trippla taż-żagħżugħ Isaac Xuereb biex daħlu jistrieħu 10 minn fuq 42-32.

Wara l-intervall kien hemm il-punti ta’ Matijevic u trippla ta’ Jean Paul Schembri għal Luxol però Hudson wieġeb għall-Athleta li baqgħu sitta minn fuq 47-41. Ir-risposta ta’ Luxol ġiet minn Coffey u Matijevic li wassluhom sa’ punt ‘l bogħod qabel ma Athleta għamlu run oħra ta’ 10-2 minn Xuereb u Luca Stefanovic u temmew is-sessjoni 63-52 minn fuq. Fl-aħħar taqsima l-partita kompliet bl-istess ritmu wara li kien hemm żewġ three pointers fuq kull naħa. Athleta rnexxielhom iżommu lil Luxol ‘l bogħod minnhom minkejja l-pressjoni tal-vjola ta’ Duncan Fenech li rathom jaslu sa’ sitt punti ‘l bogħod lejn tmiem il-partita. Athleta però għalqu bl-aħħar baskets ta’ Montague u Xuereb biex ħadu t-tieni rebħa tal-kampjonat fuq skor finali ta’ 75-75.

Gżira Athleta: Z. Hudson 15, S. Montague 17, L. Stefanovic 4, N. Xuereb 34, I. Xuereb 3, S. Vincic 4, R. Abela, J. Caruana, S. Mangianello, B. Zammit 8.

Luxol: J. Cefai 10, N. Buhagiar, P. Attard 9, JP Schembri 6, A. Trapani, L. Trapani, C. Coffey 20, S. Opojevlic 6, M. Matijevic 25.

Referees: Kamil Dworniczak, Zvezdan Dobrosaviljevic, Ivica Simic

Starlites Naxxar jieħdu l-ewwel rebħa tal-kampjonat

Starlites Naxxar 52

Caffè Moak Luxol 39

(8-11)(14-5)(15-13)(15-10)

Starlites Naxxar finalment ħadu l-ewwel rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Caffè Moak Luxol 51-39 u pattew għat-telfa tal-ewwel round. Kienet wirja kollettiva minn naħa tal-players ta’ Sandro Farrugia b’mod partikolari ż-żagħżagħ Andie Saliba u Mikela Riolo u l-esperjenza u l-grinta ta’ Maria Bonett u Christina Curmi. Din id-darba, Starlites żammew kontroll ankè matul l-aħħar taqsima, xi ħaġa li swiethom xi partiti fl-ewwel round. Luxol ħassew il-wirja negattiva ta’ players importanti bil-coach Santino Coppa jkun ferm diżappuntat wara l-partita. Wara li Starlites għamlu l-ewwel basket minn Curmi, Luxol kellhom risposta bi trippla ta’ Jennifer Oramas u basket ta’ Sarah Pace biex marru fuq quddiem. Huma fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti, 11-7 wara baskets ta’ Oramas u Mandi Mercieca però Starlites għamlu l-aħħar żewġ baskets minn Mariah Fenech għal skor ta’ 11-8. Fit-tieni perjodu, Starlites fetħu l-aħjar bi 8 punti mingħajr risposta minn Curmi, Riolo u Saliba. Għal Luxol kienet biss Oramas li għamlet il-punti għalkemm kienu biss 5 il-punti tal-vjola f’din it-taqsima. Starlites komplew b’5 punti oħra fosthom trippla ta’ Curmi biex daħlu jistrieħu 22-16 min fuq.

Fit-tielet perjodu, Starlites komplew b’run ta’ 7-2 biex fetħu vantaġġ massimu ta’ 11-il punt 29-18. Luxol kellhom il-punti ta’ Paula Ellul u Oramas però Starlites wieġbu b’żewġ trippli minn Riolo u Saliba biex baqgħu fuq quddiem 37-29. Fl-aħħar sessjoni baskets minn Josephine Diaby u Sharon Vella raw lil Luxol jaslu sa’ 6 punti ‘l bogħod 35-41 però Starlites malajr reġgħu fetħu vantaġġ b’figuri doppji wara l-punti ta’ Saliba, Curmi u Kay Portelli. Luxol kellhom risposta minn Mercieca qabel ma ġiet fouled out biex Starlites għamlu l-aħħar 4 punti tal-partita minn Bonett u Saliba u ċċelebraw l-ewwel rebħa tal-kampjonat fuq skor ta’ 52-39.

Starlites: A. Saliba 14, M. Riolo 7, K. Mifsud, S. Farrugia, M. Bonett 8, D. Camilleri, K. Portelli 2, M. Fenech 6, C. Vella, S. Wilke, S. Davies 5, C. Curmi 10.

Caffè Moak Luxol: L. Fenech Pace, S. Pace 5, M. Mercieca 6, N. Vella, F. Camilleri, S. Vella 4, A. Borg, P. Ellul 4, J. Diaby 8, S. Bonfiglio,  A. Fenech Pace, J. Oramas 12.

Referees: Ionut Ciurariu, Nicky Azzopardi, Fanni Fabok

Hibernians 81

ARMS Depiro 46

(18-7)(18-11)(20-9)(25-19)

Hibs komplew bir-rebħ fil-kampjonat hekk kif kisbu l-ħames rebħa wara li għelbu lil ARMS Depiro 81-46. Hibs kienu mingħajr Kristy Caruana u Naomi Farrugia fil-waqt li Depiro kellhom nieqsa lil Claire Ciantar u Danika Galea. Bidu qawwi minn Hibs mal-ewwel ta’ indikazzjoni ta kif sejra l-partita hekk kif huma bdew b’run ta’ 14-3 bil-punti jinqasmu bejn Kenyotta Jenkins li kellha trippla, Ashley Van Vliet, Ylenia Bonett u Sam Brincat. Għal Depiro wieġbu Monique Caruana u Hannah Johnson però l-ewwel sessjoni ntemmet bil-Hibs fuq quddiem 18-7. Fit-tieni perjodu kien hemm punti fuq kull naħa b’Leanne Duncan tagħmel trippla għal Depiro. Hibs komplew b’run ta’ 15-2 bit-three pointers ta’ Brincat u Van Vliet u sal-intervall kellhom vantaġġ doppju 36-18. Depiro bdew it-tielet sessjoni bil-punti ta’ Julia Xerri biex naqqsu ftit id-distakk. Brincat però malajr wieġbet b’żewġ trippli oħra għall-Pawlisti u wara li Depiro għamlu l-aħħar punti minn Johnson, Hibs għamlu 14 -il punt mingħajr risposta fosthom minn Marie Buhagiar, Jenkins u Van Vliet għal skor ta’ 56-27. L-aħħar sessjoni serviet biss biex il-players kollha preżenti jingħataw ħin fuq il-court miż-żewġ coaches rispettivi. Kien hemm ukoll trippla fuq kull naħa minn Jasmine Abela u Caruana u punti miż-żagħżagħ Julija Dabic ta’ Hibs u Jasmine Mallia ta’ Depiro. Il-partita għalqet b’run oħra ta’ 10-2 minn Hibs li finalment ħarġu rebbieħa 81-46. 

Hibernians: M. Buhagiar 10, E. Farrugia, I. Agius 2, Y. Bonett 14, A. Van Vliet 11, S. Brincat 17, J. Abela 3, C. Camilleri, K. Jenkins 16, J. Dabic 4, J. Borg Cardona 4.

ARMS Depiro: H. Johnson 17, M. Caruana 7, Ni. Agius 6, J. Xerri 7, J. Mallia 2, L. Duncan 3, No. Agius, N. Hili 4, N. Ebejer, N. Borg.

Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Florentina Ciurariu