Coronavirus Internazzjonali Saħħa

Skoperta xjentifika importanti dwar il-vaċċin tal-AstraZeneca

Esperti internazzjonali sabu r-raġuni li wasslet għal każi estremament rari ta’ blood clots assoċjati mal-vaċċin tal-AstraZeneca.

L-esperti f’Wales u fl-Istati Uniti sabu li hemm element li f’każi rari joħloq reazzjoni fis-sistemi tal-ġisem tal-bniedem li eventwalment iwasslu għal blood clot. U issa, l-istess xjentisti ingħataw għajnuna finanzjarja diretta biex isibu soluzzjonijiet għal dawn il-każi.

S’issa huwa maħsub li din it-tilqima diġa’ salvat mal-miljun persuna illi kieku possibilment mietu kaġun tal-Covid.

Intant fl-Italja inghata permess li jibda it-tilqim ghat-tfal ta’ bejn il-5 snin u 12-il sena. Dawn se jingħataw żewġ dożi tat-tilqima Pfizer…iżda f’ammont iżgħar.