Il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti qed tidher lesta biex taċċetta liġi, fl-Istat ta’ Mississippi, li tipprojbixxi proċessi tal-abort wara l-15-il ġimgħa tat-tqala – anki f’każi fejn il-mara tkun spiċċat stuprata.
Intant, l-imħallfin konservattivi, waqt l-aħħar smigħ, indikaw li maġġoranza tinsab lesta biex tappoġġja l-liġi inwistjoni. Dan meta l-verdett finali, li mistenni għal Ġunju, kapaċi jwassal biex miljuni ta’ nisa jitilfu ‘l-aċċess għall-abort’ fi kwalunkwe ċirkustanzi.
L-attivisti kontra l-abort qegħdin iħeġġu biex il-qorti ‘tipproteġi lit-tfal fil-ġuf tal-omm’ waqt li numru ta’ esperti, mill-banda l-oħra, wissew dwar żieda ‘fl-imwiet tal-ommijiet’ f’każ li l-abort jispiċċa limitat.
Sadanittant, il-każ li għaddej mid-dibattitu – magħruf ukoll bħala Dobbs v Jackson Women’s Health Organization – qed jitqies bħala ‘ġlieda ta’ ħajja jew mewt’ dwar id-drittijiet għall-abort’.
Dan meta l-avukati li qed jiddefendu l-liġi ta’ Mississippi talbu biex il-qorti taqleb żewġ deċiżjonijiet storiċi dwar l-abort u li kienu ttieħdu rispettivament fl-1973 u l-1992.
Il-Qorti Suprema hi l-ogħla tribunal fl-Istati Uniti u li tiddeċiedi dwar l-appelli legali li jinvolvu liġijiet federali u kostituzzjonali.
//= $special ?>