Sport Sport Ieħor

Tkompli s-saga ta’ Peng Shuai

(Ritratt: EPA)

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali kellu t-tieni laqgħa virtwali mat-tennista Ċiniża Peng Shuai iżda xorta waħda għadhom imħassba dwar is-sigurta’ tagħha. Shuai kienet f’nofs kontroversja wara li ma dehritx aktar fil-pubbliku wara li għamlet allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali fil-konfront ta’ uffiċjal għoli fil-partit Komunista fiċ-Ċina.

Sadanittant, il-WTA issospendiet l-avvenimenti kollha tagħha fiċ-Ċina hekk kif għandha dubji serji dwar is-saħħa u sigurta’ tat-tennista Ċiniża. Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali kellu l-ewwel laqgħa virtwali ma’ Shuai fil-21 ta’ Novembru wara li bosta tennisti kif ukoll personalitajiet famużi sejħu għall-investigazzjoni dwar l-għajbien ta’ Peng Shuai.