Lokali

ATTENT: tikkunsmax dawn il-prodotti għax jista’ jkun fihom xi pestiċidji

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed javża biex wieħed ma jikkunsmax numru ta’ prodotti hekk kif possibilment fihom ingredjent li kapaċi għandu fih il-pestiċida ethylene oxide. Dawn il-prodotti huma:

Deskrizzjoni tal-prodott: Vitamins + Minerals, Orange Flavour x 30 tablets 
Dittà:Aptonia
Lottijiet:L21.140 u L21.189
Deskrizzjoni tal-prodott: Electrolytes Tablets, Ecosize, 2 x 20 tablets, lemon flavour 
Dittà:Aptonia
Lott:L21.166
Deskrizzjoni tal-prodott: Electrolytes Tablets, 2 x 10 tablets, strawberry flavour 
Dittà:Aptonia
Lott:L21.188
Deskrizzjoni tal-prodott: Electrolytes Tablets, 2 x 10 tablets, lemon flavour 
Dittà:Aptonia
Lott:L21.167

L-ethylene oxide huwa pestiċida li l-użu tiegħu fl-ikel mhuwiex awtorizzat fl-Unjoni Ewropeja, iżda hu awtorizzat f’pajjiżi barra l-UE. Għalkemm il-konsum tal-prodott mhux ta’ riskju immedjat, hemm riskju ikbar jekk ikel differenti li jkun ikkontaminat b’din il-kimika jittiekel għal perjodu ta’ żmien. Għaldaqstant, wieħed għandu jnaqqas kemm jista’ jkun il-konsum ta’ prodotti li jkun fihom din il-kimika, anke jekk f’livell baxx.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew fuq l-email mhi@gov.mt.