Fl-aħħar 24 siegħa, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li f’pajjiżna ġew irreġistrati 133 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 75 persuna oħra. B’hekk it-total ta’ każi attivi issa tela’ għal 1348. Wieħed tajjeb li jinnota li fl-aħħar sebat ijiem l-għadd tall-każi attivi jammonta għall 669 – l-ogħla numru li rajna sa minn Lulju li għadda l’hawn.
Bejn l-Ħamis u l-Ġimgħa tħabbar ukoll li l-ammont ta’ pazjenti rikoverati l-isptar Mater Dei għall-virus tela’ għal 15…filwaqt li baqa’ 2 pazjenti fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Minkejja dan, fortunament ma tħabbret l-ebda mewta…. biex iċ-ċifra ta’ dawk li sfaw vittmi ta’ dan il-virus baqgħet dik ta’ 468.
Sal-Ħamis ġew amministrati 3,124 doża tat-tilqima kontra l-COVID-19, b’3,026 minnhom huma dożi tal-booster.
//= $special ?>