Lokali

‘Dan il-Milied’ – kanzunetta Maltija dwar il-ferħ li jġib miegħu żmien il-Milied

Ġiet imneda kanzunetta Maltija tal-kantanta Amber bl-isem ta’ ‘Dan il-Milied’ li titkellem dwar il-ferħ u l-imħabba li jġib miegħu żmien il-Milied.

DIn il-kanzunetta hi l-ewwel silta oriġinali ta’ Amber li titratta dwar l-ispirtu tal-Milied, liema żmien hu tant għal qalb il-kantanta.

Il-filmat ġie meħud ġewwa kappella żgħira għaliex xtaqu li joħroġ l-element ta’ initimità u l-valur propja tal-Milied waqt li joħroġ l-aspett tat-tradizzjonijiet Maltin.

Fil-ġranet li ġejjin Amber ser tkun qed tniedi ukoll verżjoni ta’ ‘God Rest Ye Merry Gentleman’ fejn fiha ingħaqdet flimkien mal-kuġini tagħha Meghan u Nicole. Minn mindu kienu żgħar minn dejjem kienu jkantaw u jtellgħu l-ispettakkli id-dar lil kumplament tal-familja, b’Amber u Meghan tul is-snin komplew jaħdmu fuq il-karriera tagħhom fil-mużika.

Din is-silta ha tkun l-ewwel darba li ser jikkolaboraw flimkien fuq xi ħaġa li ħa toħroġ fil-pubbliku. Il-kanzunetta hi waħda mis-siltiet klassiċi tal-Milied u flimkien ħolqu verżjoni tagħhom.