Lokali Qorti

Eks ġurnalisti tat-Times jirbħu battalja fuq il-libertà tal-espressjoni li ilha tkarkar 11-il sena

Każ li ilu sejjer 11-il sena għal-libertà tal-espressjoni fil-qrati li kienet tinvolvi żewġ eks-ġurnalisti tat-Times of Malta finalment ġiet fi tmiemha wara li l-Avukat tal-Istat ta’ Malta ammetta l-każ qabel ma kellu jinstema’ mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

L-eks editur Steve Mallia u l-editur tal-aħbarijiet Ariadne Massa ressqu l-każ tagħhom wara li l-ogħla Qorti Kostituzzjonali ta’ Malta ddeċidiet kontra l-ġurnalisti. Is-sentenza kienet tikkonċerna l-pubblikazzjoni ta’ artiklu fil-paġna ta’ quddiem f’The Sunday Times of Malta li jiżvela li infermiera u bejjiegħ kienu ffrodaw pazjenti anzjani.

Filwaqt li l-fatti qatt ma kienu kkontestati, il-membri tal-kunsill tal-Malta Union of Nurses (MUMN) keinu ħarrku lill-aġenzija tal-aħbarijiet minħabba li s-sub-titlu ttimbra lill-infermier li kien chairman ta’ kumitat sezzjonali tal-MUMN bħala ‘l-ogħla uffiċjal tal-MUMN’.

L-infermier ma kienx imsemmi fl-artiklu biex tiġi evitata konfużjoni peress li l-isem tiegħu nzerta li kien l-istess bħal taż kirurgu tal-qalb ta’ profil għoli. Madankollu l-membri kollha tal-kunsill tal-MUMN ħarrku lill-gazzetta, u sostnew li s-sub-heading tal-istorja kien malafamanti fir-rigward tagħhom.

Il-ġurnalisti emmnu li kienu ġew ivvindikati minn deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali inferjuri fl-2017 li ddeċidiet li l-użu tat-terminu “uffiċjal għoli” kien ġudizzju ta’ valur u li l-artiklu kien fl-interess pubbliku. Iżda kollox kien inbidel fis- sentenza ta’ appell finali mill-imħallfin l-aktar anzjani ta’ Malta u dan f’seduta fil-Qorti Kostituzzjonali sentejn wara.

Madankollu, hekk kif il-każ tal-ġurnalisti resaq eqreb biex jinstema’ fi Strasburgu, l-Avukat tal-Istat ħa l-offerta tal-ECHR ta’ ‘soluzzjoni amikevoli’, u aċċetta li jħallas danni ta’ €15,000 li jqis l-ispejjeż konsiderevoli involuti fil-preżentata tal-kawża.