Lokali

Identifkat il-katavru li nstab fil-baħar qrib Filfla ġimgħa ilu

Il-katavru li nstab fil-baħar ftit tal-jiem ilu ġie identifikat bħala dak ta’ Danilo Scolari ta’ 42 sena. Scolari kienu ilu rappurtat nieqes mill-aħħar ta’ Settembru.

Il-ġimgħa l-oħra, katavru fi stat qawwi ħafna ta’ dekompozizzjoni ttella’ mill-baħar qrib Filfla mill-Forzi Armati ta’ Malta.

Kien għall-ħabta tal-10.30am meta l-Pulizija tad-distrett taż-Żurrieq irċevew telefonata li infurmathom rigward katavru ta’ bniedem li ntlemah f’wiċċ il-baħar.

Minnufih il-Pulizija u l-AFM marru fil-post indikat. 

F’dak il-ħin, il-katavru ttella’ fuq patrol boat tal-AFM miz-zona qrib Wied iż-Żurrieq u eventwalment iddaħħal Xatt it-Tiben.

Dwar il-każ kienet infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.