GSSE Malta 2023 Sport

Imnedija l-kompetizzjoni għad-disinn tal-Logo u l-Mascot għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Il-Kumitat Olimpiku Malti flimkien maċ-Ċentru għall-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport nieda il-kompetizzjoni tad-disinn b’rabta mal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2023 li se jsiru f’Malta.

Din il-kompetizzjoni li se tkun miftuħa għall-istudenti ta’ bejn l-10 u t-18-il sena se tkun qed titlob li kemm il-logo u anke il-mascot jintużaw bħala parti mill-branding tal-Logħob.

Il-Kumitat Olimpiku Malta qal li d-disinn irid ikun bbażat fuq l-għan ta’ dawn il-Logħob u l-iskop u l-irwol tal-Kumitat Olimpiku Malti. Kevin Azzopardi li huwa s-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti qal li l-involviment tal-iskejjel hija xi ħaġa poittiva sabiex tinbena antiċipazzjoni u eċċitament għal dawn il-Logħob.

F’dawn il-Logħob mistennija jieħdu sehem 1,000 atleta minn madwar l-istati ż-żgħar tal-Ewropa fejn din żgur se tkun opportunità tajba għall-pajjiżna li jospità kompetizzjoni ta’ livell għoli.