Kultura Lokali

Inawgurat ‘Misraħ il-Milied’ fid-Dar Ċentrali

Inawgurat ufficjalment Misrah il-Milied – attivita, li kif fisser il-Kap tal-PN Bernard Grech, qed tiftah d-Dar Ċentrali ghall-pubbliku f’dan iz-zmien mill-isbah tal-Milied.

Waqt Misrah il-Milied hemm esebiti xogħolijiet artistiċi, li juru l-ħila tal-artisti lokali…kif ukoll attrazzjonijiet ghall-familja kollha, biex wiehed jidħol fl-ispirtu tal-Milied.

Fost l-ohrajn, qed issir esebizzjoni tal-presepji u anke ta’ bollol lokali relatati mal-Milied u anke l-bejgħ ta’ ponsjetti u ikel tradizzjonali.

Waqt il-ftuħ ta’ Misraħ il-Milied, Bernard Grech ġie ppreżentat bi ktieb u presepju minn żewġ esebituri li qed jippartecipaw.

L-istands li jinsabu fil-foyer tad-Dar Ċentrali se jibqgħu miftuhin sal-maratona ġbir ta’ fondi li se ssir fit-8 ta’ Diċembru li gej.

Minn naħa l-oħra, l-esebizzjoni tal-presepji u tal-bollol se jinżammu fid-Dar Ċentrali sa wara l-Milied.

Preżenti għall-ftuħ ta’ Misraħ il-Milied kien hemm mart il-Kap tal-PN, AnneMarie Grech, l-organizzatur ta’ Misraħ il-Milied, Robert Cutajar u s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Michael Piccinino.