Lokali

Issofri ġrieħi gravi wara ħabta bejn mutur u vettura

Mara ta’ 53 sena residenti l-Imsida qed issofri minn ġrieħi gravi wara li seħħet ħabta bejn mutur u vettura fi Triq Dun Karm, Birkirkara lbieraħ għall-ħabta ta’ 5:45pm.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 60 sena residenti l-Imsida u vettura misjuqa minn raġel ta’ 58 sena, residenti Birkirkara. Fuq il-mutur kien hemm ukoll il-mara.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku fejn iktar tard ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.