Lokali

Jitfakkar il-Jum Dinji għall-persuni b’diżabbiltà

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Persuni b’Diżabbiltà, il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà (CRPD) organizzat Konferenza biex jissaħħaħ l-impenn b’rabta mad-drittijiet, il-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-persuni b’diżabbiltà f’Malta.

Din il-konferenza serviet ukoll bħala pjattaforma għad-diskussjoni bejn għadd ta’ persuni li għandhom rabta ma’ dan is-settur, inkluż għaqdiet, ġenituri u fuq kollox persuni b’diżabbiltà …illi qasmu l-esperjenzi personali tagħhom, u anki esperjenzi ta’ persuni li f’ħajjithom qed isibu diffikultajiet.

Tul din il-konferenza tkellem ukoll il-Viċi Kap tal-PN għall-Affarijiet tal-Parlament u Kelliem għall-Inklużjoni David Agius fejn tenna li l-PN qed jinsisti li Malta ghandha bzonn Kummissjoni Nazzjonali tal-Persuni b’diżabbilità aktar b’saħħitha ….u li jkollha r-riedni f’idejha, kif ukoll l-indipendenza li tirraporta lejn il-Parlament… u mhux lil Ministeru partikolari. Intqal li dan huwa kruċjali li jsir  biex is-CRPD ma tħossx li għandha obbligu lejn il-Gvern jew lejn Ministeru partikolari, iżda l-impenn tal-Kummissjoni għandu jissaħħaħ aktar favur is-soċjetà Maltija.

Huwa qal ukoll li l-PN qed jara l-possibbilità li jkun hemm assistent personali ghal kull persuna b’diżabbiltà f’pajjizna.

David Agius tenna li hemm diżabbiltajiet bħal fybromalgia u l- ADHD li jeħtieġ li jkunu rikonxxuti u jingħataw aktar għajnuna, filwaqt li fakkar illi kull ma jmur, fis-silenzju u f’waqtiet anki permezz ta’ stejjer fil-midja qed naraw ġenituri li qed jitkellmu biex jitneħħew il-burokraziji żejda biex uliedna kollha jkunu jistgħu jmorru l-iskola.   

Intant din is-sena, il-PN se jorganizza Konferenza Nazzjonali bit-tema “Ħudu r-riedni f’idejkom” li se ssir is-Sibt… sabiex jisma’ u jiddiskuti għadd ta’ temi li jolqtu lill-persuni b’diżabbiltà.