Fl-Assembleja Ġenerali tal-FISEC li saret fi Spanja bejn it-18 u l-21 ta’ Novembru, Leonard Falzon kien elett Viċi-President tal-FISEC Bureau.
Pajjiżna kien rappreżentat f’din l-Assembleja minn Lawrence Fenech, Leonard Falzon, Chris Attard, Carmen Carabott u Julie Bajada. Is-suġġett ewlieni f’din il-laqgħa kien il-futur tal-Logħob tal-FISEC li jsiru kull sena f’pajjiżi differenti. Dawn il-logħob, is-sena d-dieħla mistennija jsiru fl-Awstrija bejn is-16 u t-22 ta’ Lulju.
Il-pożizzjoni ta’ Falzon hi ta’ OTI (Uffiċjal Tekniku Internazzjonali) tal-Basketball. Matul l-Assembleja Ġenerali, ġie rikonoxxut l-impenn ta’ Lawrence Fenech li serva f’dan l-irwol fil-ħames snin li għaddew.
//= $special ?>