Lokali

‘Merry Merry Christmas’ – kanzunetta tal-Milied minn Malcolm Pisani

Ġiet imnieda kanzunetta mużikali oħra tal-Milied, din id-darba mill-kantant Malcolm Pisani, bl-isem ta’ ‘Merry Merry Christmas’.

Malcolm Pisani huwa kantant assoċjat hafna ma’ dawn il-festi tal-Milied u wara 9 snin mil-ewwel single tieghu Christmas Star fuq produzzjoni ta Stephen Rudden Beanz fi Renju Unit, iddeċieda biex flimkien ma’ team tieghu Gas u Muxu johrog it-tieni kanzunetta ghal dawn il-festi tal-Milied.

L-idea prinċipali ta’ Malcolm kienet li din il-kanzunetta għandha tkun waħda pożittiva, tal-widna u li tkun ta awgurju għal kull min qed jismagħha. Il-mużika ġiet akkumpanjata minn filmat mużikali fuq produzzjoni ta’ Malcolm stess fejn fih xtaq jitrażmetti l-element prinċipali tal-Milied, l-imħabba u l-familja.

Tista’ tara l-kanzunetta f’din il-link: https://fb.watch/9FSCjtjTv2/