Lokali

‘Open Day’ bħala parti mis-16-il ġurnata ta’ Attiviżmu kontra l-Vjolenza Domestika

Bħala parti mill-kampanja ta’ 16-il ġurnata ta’ għarfien u kuxjenza dwar il-vjolenza domestika, il-Korp tal-Pulizija qiegħed jorganizza ‘open day’ għall-familji, fil-Kumpless tar-Rapid Intervention Unit/Special Intervention Unit, f’Ta’ Kandja.

Se jkun hemm diversi attivitajiet għat-tfal, fosthom abseiling, simulazzjoni tal-SIU u wirjiet mis-Sezzjoni tal-Klieb, tal-Kavallerija u sezzjonijiet oħra tal-Korp tal-Pulizija.