Sport Sport Ieħor

Organizzat it-Tournament Internazzjonali taċ-Ċess għat-Timijiet tal-Istati Żgħar tal-Ewropa

F’dawn il-ġranet, il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċess qed torganizza it-Tournament Internazzjonali tat-Timijiet tal-Istati Żgħar tal-Ewropa.

Apparti t-tim nazzjonali Malti qed qed jieħdu sehem Andorra, Ċipru, Gżejjer Faroe, Guernsey, Jersey, Liechtenstein, Lussemburgu, Monaco u selezzjoni ta’ plejers nisa mill-istess pajjiżi li ħadu post San Marino li irtiraw minħabba s-sitwazzjoni attwali tal-pandemija Coronavirus.

Fit-tournament qed jieħdu sehem erba’ gran mastri taċ-chess mill-Gżejjer Faroe, Andrra u Monaco flimkien ma’ żewġ gran mastri nisa mill-Lussemburgu u Monaco kif wkoll żewġ masters internazzjonali mill-Lussemburgu u Gżejjer Faroe.

Il-favoriti jibqgħ l-Gżejjer Faroe b’medja ta’ 2339, Andorra b’2268 u Lussemburgu 2250

It-tim Malti huwa magħmul mill-captain Duncan Vella, iċ-champion nazzjonali Jake Darmanin, Colin Pace, Peter Sammut Briffa u Clarence Psaila. Malta għandha seeding numru sitta b’medja ta’ 2041 .

Jamie Farrugia u Elena Mazkevich mill- Malta Chess Federation se jkunu parti mis-selezzjoni tan-nisa mill-istati Żgħar tal-Ewropa.