Lokali

Rachel Vella tirbaħ ħames awards fil-Malta’s Best Business Woman Awards 2021

Id-Direttur tal-kumpanija ROCS, Rachel Vella, kienet ir-rebbieħa tal-Malta’s Best Business Woman Awards 2021 wara li kklassifikat l-ewwel fl-aqwa ħames kategoriji. Il-kategoriji huma l-Malta’s Best Business Leader of The Year, Most Inspiring Business Woman of the Year, Best CEO of The Year, Best Woman In Consumer Business 2021 u l-Lifetime Achievement Award.

L-Awards kienu organizzati minn Dynamic Events Ltd b’kollaborazzjoni mal-Malta Business Review, u ngħataw waqt ċerimonja li saret nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Novembru.

L-organizzaturi ddeskrivew lil Rachel Vella bħala “mara tan-negozju li taħdem ħafna” u li t-tattika tagħha ta’ bejgħ u żżid il-valur għal dan is-settur fl-industrija tal-ivvjaġġar.

Fl-ewwel reazzjonijet tagħha hija qalet li tħossha tassew onorata u kuntenta li ngħatat dawn l-awards. Saħqet li tistenna bil-ħerqa li tkompli l-vjaġġ ta’ ROCS Group hekk kif qed jippjanaw proġetti ġodda.