Futbol Sport

Ralf Rangnick jgħid li jista’ jibqa’ coach ta’ Manchester United wara l-kuntratt inizjali

(Ritratt: EPA)

Fl-ewwel konferenza tal-aħbarijiet tiegħu, il-coach il-ġdid ta’ Manchester United Ralf Rangnick qal li jista’ jibqa coach ta’ Manchester United anke wara li jintemm il-kuntratt tiegħu fi tmiem dan l-istaġun.

Rangnick iffirma kuntratt bħala coach interim għas-sitt xhur li ġejjin fejn ħa post Ole Gunnar Solskjaer. Fil-kuntratt inizjali, jidher li Rangnick wara li jintemm il-kuntratt ta’ sitt xhur se jkun qed iservi bħala konsulent tal-club.

Il-coach ta’ 63 sena, attenda għall-ewwel partita ta’ Mancheter United ilbieraħ fir-rebħa li kellhom fuq Arsenal bl-iskor ta’ 3-2.