Coronavirus Lokali Qorti Saħħa

Salvati 860 persuna mill-COVID 19 bis-saħħa tat-tilqima

“Minn studju magħmul minn numru ta’ esperti t-tilqima kontra l-COVID 19  f’Malta salvat 860 persuna mill-mewt. Sadanittant il-fatt li l-populazzjoni f’Malta hija l-aktar waħda densa fl-Ewropa u l-fatt li għandna biss sptar wieħed il-perikli ta’ din il-pandemija kienu akbar..

“Kienet persuna waħda biss minn dawk kollha li mietu f’Malta li saritlu awtopsja. Awtopsja ta’ persuna infettat bil-COVID19 normalment ma ssirx awtopsja fuqu u dan għax anke huwa perikoluż ferm għal paramediċi li jwettqu l-atwopsja.

“L-awtopsja ssir biss meta bl-ebda mod ma jkun magħruf x’kienet il-kawża tal-mewt tal-persuna. Sadaniitant kien hemm każijiet fejn il-pazjenti ġew testjati pożittiv għall-COVID wara li mietu.” Dan ħareġ minn xhieda ta’ sagħtejn sħaħ fil-Qorti mogħtija mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci f’kawża Kostituzzjonali li qegħdin jagħmlu kontriha u kontra l-Ministru tas-Saħħa grupp ta’ madwar 100 persuna xettika dwar il-COVID-19. Il-Professur Gauci ippreżentat diversi dokumenti fil-Qorti dwar l-istrateġija tal-COVID minn naħa tat-team tagħha.

Il-persuni li ppreżentaw il-każ qegħdin jgħidu li l-miżuri meħuda huma “sproporzjonati”, antikostituzzjonali u jiksru l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Quddiem l-Imħallef Lawrence Mintoff l-Avukati tal-persuni xettiċi qalu li f’din il-kawża se jiġu esperti barranin biex jixhdu dwar il-miżuri meħuda minn Malta.

Il-grupp ippreżenta l-każ fil-qorti f’Awwissu li għadda, l-istess jum il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li Malta laħqet rata ta’ tilqim kontra COVID-19 ta’ 90 fil-mija. Il-gruppi tas-soċjetà ċivili Human Health Alliance u l-Komunità tas-Saħħa Naturali, qegħdin ukoll jagħtu appoġġ lill-applikanti. Dawn qegħdin jikkontendsu li hemm lista tad-drittijiet “miksura ” minħabba l-miżuri.

Ksur tad-drittijiet fundamentali tal-libertà u l-moviment

Dawn kienu jinkludu d-drittijiet fundamentali għal-libertà tal-moviment ġewwa u lil hinn minn Malta, il-libertà li jinġabru, inkluż fil-knejjes, id-dritt għall-privatezza u l-ħajja tal-familja, u d-dritt li ma tiġix sfurzat fl-iżolament jew fil-kwarantina sakemm ma jkunx iddijanjostikat b’mod ċar u xieraq u ċċertifikat li hu marid. .

F’Lulju li għadda kienet saret protesta dwar dan kollha minn nies ukoll xettiċi dwar il-vaċċini. F’Novembru tas-sena l-oħra, 65 persuna kienu wkoll ressqu protest ġudizzjarju kontra Gauci u Fearne, fejn akkużawhom li kkawżaw “paniku nazzjonali” minħabba l-pandemija.

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li wara li dak li beda jiġri fiċ-Ċina fit-30 ta’ Jannar 2020, l-organiżazzjoni dinija tas-saħħa il-WHO kien indikat li ma’ dwar id-dinja tiġi attwata emerġenza publika. Kien f’Marzu li l- pandemija skattat. Qalet li bħala Supretindent tas-Saħħa  Pubblika wara komunika mill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropa, l-WHO u għaqdiet oħra dinija ħareġ allert.   

“Dejjem kellna Pjan ta’ Rispons Nazzjonali, anke qabel bdiet il-pandemija u dan għall kull ma jista’ jinqala għall kull theddida, anke dik kemikali. Ħafna mill-prinċipji ġew applikati meta għanek theddida tas-saħħa l-ewwel trid tart kif se tikkontrolla s-sitwazzjoni.

“Anke f’każ ta’ problema biloloġika u f’dan il-ka’ l-importanza kien kif qed jiġi trażmess il-virus. Wara li jkollok aktar informazzjoni imbgħad tagħmel il-mużuri. L-oġġettiv tiegħi kien dejjem kif tnaqqas in-numru ta’ niesli se jiġu affettwati u kif anqas nies jimirdu u jmutu” qalet ix-xhud..

Kompliet tgħid li l-prinċipju tal-pandemija kien biex ma jkunx hemm impatt fuq il-ħajja normali u s-sistemi tas-saħħa. Bżonn ta’ sorvejlnza robusta li taf xi għaddej barra minn Malta u għadd ta’  laqgħat fuq livell internazzjoni flimkien ma’  dak li qiegħed jiġri Malta.

Semmiet l-importanza tas-sorveljnza u biex tagħmel testing u twaqqfu ċ-ċentru tas-swabbing. Ix-xhud qal li l-każijiet kollha jiġu nvestigati bl-istess importanza u dan kien isir anke qabel. Per eżempju li tinvestiga l-każijiet kollha, kaijiet ta’ meningite li dejjem sar fejn meta jinsab xi ħadd b’din il-problema d-Dipartiment imur anke fl-iskejjel u jitkellem mal-ġenituri.

Sistema tal-mard infettiv diġa kienet teżisti

Is-sistema tal-mard infettiv kienet ilha teżisti u dan b’mod inġenerali.Wara l-emerġenza li ħarġet minn naħa tal-WHO issaħħaħ it-team biex ilaħħaq mat-testing. Il-Proffessur Gauci qalet li l-ewwel każ ta’ COVID19 kien irriżulta fis- 6 ta’ Marzu 2020 u ġie notifikat l-għada. Fil-bidu fil-laboratorju kien isir it-test  tas- CPR, li jintuża li mad-dinja kollha huwa test ta’ min joqgħod fuqu u li jaqbad  il-partiċelli tal-virus.

Dwar ir-relazzjoni mal-Ministeru, Gauci qalet li dwar ir-restrizzjoni huma kienu jipprovdu l-informazzjoni, ssir rakkamondazzjoni mit-tekniċi li jittellgħu għall-livell politiku u kollox jispiċċa jmur kabinett. Wara jittieħdu d-deċizjonijiet u joħorġu l-Avviżi Legali. Mistoqsija mill-Avukati tal-persuni li fetħu l-proċeduri fil-Qorti dwar l-użu tal-maskri u kif waslu biex jimplimentawha.

“Min ħa d-deċizżjonijiet partikolari”? Ix-xhud qalet li hemm konnessjoni bejnha u l-Ministeru, imma hemm ukoll separazzjoni. Deċiżjonijiet jittieħdu minn testijiet tekniċi, imma l-avviżi bilfors iridu joħorġu mill-leġisżlatur.. Ix-xhud qalet ukoll li pandemija bdiet b’virus ħadd ma kien jaf x’inhu.  Nies bdew jidħlu l-isptar u anke kien hemm l-imwiet. Malta ġiet dikjarata bħala emerġenza pubblika tas-saħħa fis-7 ta’ Marzu 2020 u dan baqa’ fis-seħħ sal-14 ta’ Ġunju tat-2020.

Wara l-ewwel emerġenza l-każijiet bdew jonqsu u din tneħħiet. Meta mistoqsija fuq liema bażi xjentifika ġiet iddikjarata emerġenza pubblika, x-xhud qalet li dan kollu jsir fuq evidenza. Qalet li meta wieħed jiskorpi aktar dwar il-virus wieħed jaddatta għal dak li hemm bżonn. Li huwa żgur li kif wieħed jagħlaq jinżlu l-każijiet, imma meta wieħed jiftaħ jerġgħu jbdew jitilgħu.

Gauci qalet li fuq miżuri fil-bidu tal-pandemija ma kienx hemm tilqima. L-unika għodda kienet li tagħmel il-miżuri fosthom il-prinċipji tad-ditanza soċjali u li wieħed jevita mases tan-nies.. Kien hawm li Gauci tkellmet dwar il-fatt li Malta hija partikolari l-aktar minħabba d-densità tal-popolazzjon, li hija waħda mill-akbar jekk mhux l-akbar fl-Ewropa.

“ Għandna sptar wieħed, ridna li kull pazjent li jkollu bżonn sodda isibha. Lill-poplu Malti ridna nagħtuh il-kura meħtiega, anke l-ITU ried ikun biżżejjed u organżżat”, hija qalet.

It-tilqima kienet arma oħra mportanti

“Meta fis-27 ta’ Diċembru bdejna bil-vaċċinazzjoni kellma arma oħra f’idejna. Kienet għodda mportanti biex nikkontrollaw is-sitwazzjoni. Issa l-istes kif qed jiġri fl-Ewropa daħħalna l-booster u lp-każijiet ta’ dawk li għandhom aktar  minn 80 sena, il-każijiet neżlin sew, qalet ix-xhud.

Dwar is-sintomi hija qalet li dawn ivarjaw minn persuna għal oħra. Qalet ukoll li persuni b’vulnerabbli jistgħu wkoll imutu jekk taqbadhom l-influenza  Persuni b’mard ieħor bħal dak kroniku huma aktar suċċettibli jekk jaqbadhom il-COVID u li jekk dawn ma jaqbadhomx ikollhom ħajja itwal.

Dwar in-numru ta’ persuni li salvaw minn ħalq il-mewt grazzi għat-tilqim hemm statistika internazzjonali, li wieħed jara kemm nies salvaw. Filwaqt li tenniet li l-maskla aħjar mill-visor, qalet li ma tirrakkomandx visors li ma jagħttux il-wiċċ kollu.

Ix-xettiċi fil-konfront tal-pandemija iridu li x-xjenza tkun ibbażata fuq l-evidenza. Huma qegħdin jgħidu li Gauci naqset u baqgħet rasha iebsa biex tkompla timbotta aktar miżuri ‘l quddiem.  

Qegħdin jikkontendi li “għexieren ta’ eluf ta’ turisti kkanċellaw il-vaganzi tas-sajf tagħhom bħala riżultat, fi żmien meta l-infezzjonijiet respiratorji u t-trażmissjoni kienu l-aktar baxxi.

”L-applikanti qed jikkontestaw ukoll l-impożizzjoni tal-vaċċin biex iċ-ċittadini Maltin jiġu pprojbiti milli jivvjaġġaw barra minn xtutna sakemm ma jkunux imlaqqma għal kollox jew billi tiġi imposta kwarantina. Għax-xettiċi qegħdin jidhru l-Avukati Keith Borg, Edric Micallef Figallo u Rodolfo Ragonesi. Għall-Avukat tal-Istat u għall-Professur Charmaine Gauci u l-Ministeru qegħdin jidhru l-Avukati Bernice Saliba u Anthony Borg..