Coronavirus Lokali

Covid-19: 59 każ ġdid, ifiqu 60

59 każ ġdid ta’ Covid-19 kienu reġistrati fil-Gżejjer Maltin f’dawn l-aħħar 24 siegħa. Fl-istess żmien 60 kienu meqjusa li fiequ. Għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi issa hu ta’ 1,347

Bħalissa hemm 21 persuna rikoverati fl-Isptar, żieda notevoli mill-15 li kellna fl-aħħar sigħat bi 2 minnhom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sa issa, ingħataw 129,330 doża booster tal-vaċċin.