Lokali

Il-Bank MeDirect jintroduċi pjattaforma għall-investimenti

B’real-time pricing 3 ta’ Diċembru 2021 – Il-Bank MeDirect għadu kif introduċa aġġornament tal-pjattaforma għall-investimenti fuq l-eBanking tiegħu, permezz ta’ disinn ġdid intuwittiv. Din il-pjattaforma tagħti aċċess faċli għal aktar minn 4,000 investiment. Il-klijenti għandhom l-opportunità li jagħżlu l-investiment preferut tagħhom minn firxa wiesgħa ta’ ishma fuq 17-il stock exchange internazzjonali, diversi ETFs u Mutual Funds, immaniġġjati minn fund houses ewlenin u internazzjonali, flimkien ma’ għażla ta’ bonds lokali u oħrajn internazzjonali.

Il-pjattaforma issa tinkludi l-introduzzjoni ta’ real-time pricing fuq ishma u ETFs. Dan jiżgura li l-klijenti li jużaw lill-MeDirect għall-investimenti tagħhom, jistgħu jibbenefikaw mill-aħħar informazzjoni u prezzijiet.

L-inferface il-ġdid joffri diversi soluzzjonijiet fosthom guided searches kif ukoll għażliet differenti kif wieħed jista’ jara l-informazzjoni fuq din il-pjattaforma. Flimkien ma’ dan it-titjib, il-klijenti ta’ MeDirect jistgħu jkomplu jibbenefikaw minn tariffi kompetittivi meta jinvestu online. Dan hekk kif dawn it-tariffi ġew riveduti biex jiżguraw li l-ħlasijiet huma
simplifikati u trasparenti.

Pawel Malukiewicz, Group Head – Channels and Customer Experience ta’ MeDirect Bank Malta qal: “Dan it-tibdil fil-pjattaforma huwa riżultat tar-rispons u kummenti li rċivejna mill-klijenti u l-impjegati tal-Bank. Bis-saħħa t’hekk aħna nistgħu nkomplu ntejbu l-prodott u s-servizz tagħna. Nirringrazzjaw lil dawk kollha involuti għad-dedikazzjoni u x-xogħol siewi tagħhom li wasslu biex MeDirect ikun l-ewwel bank diġitali f’Malta.”

Chris Portelli, Chief Technology Officer tal-Bank żied: “Qegħdin kontinwament nevolvu t-teknoloġija tagħna u qed inkomplu naħdmu fuq diversi proġetti. Bi pjaċir inħabbru li fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed inniedu l-faċilità li tinvesti anke mill-mobile app.”

Il-Bank MeDirect ikompli jaħdem fuq iktar żviluppi fil-qasam diġitali biex joffri lill-klijenti tiegħu l-aħħar u l-aħjar innovazzjonijiet. Riċentament, dan ix-xogħol kien rikonoxxut hekk kif il-Bank rebaħ l-unur “Best Use of Technology in Business Transformation” fl-eBusiness Awards tal-2021 imtella’ minn Tech.MT, li kkonferma l-istatus ta’ MeDirect bħala l-ewwel Bank Diġitali f’Malta.

Biex jiċċelebra dan it-tragward importanti, MeDirect nieda promozzjoni fejn il-klijenti ġodda kollha li jingħaqdu mal-Bank u jinvestu minimu ta’ Eur5,000 se jirċievu Eur100 lura. Din l-offerta hi valida mill-1 ta’ Diċembru 2021 sal-31 ta’ Jannar 2022.

Għal iktar informazzjoni, u għat-termini u kundizzjonijiet, tista’ tidħol hawnhekk: https://promo.medirect.com.mt/receive-100-cash-back.

Matul l-istess żmien, dawk kollha li jinvestu fuq il-pjattaforma ta’ MeDirect b’iktar minn Eur100 se jidħlu fiċ-ċans li jirbħu iPhone 13 Pro Max (li se jittella’ kull xahar) u vouchers ta’ Eur250 minn The Point Shopping Mall, li jittellgħu kull ġimgħa. Għal iktar informazzjoni u t-termini u kundizzjonijiet, tistgħu tidħlu hawn: https://promo.medirect.com.mt/trade-and-win.

Biex taqra iktar dwar MeDirect, biex issir klijent, jew biex tidħol tara l-kontijiet tiegħek tista’
tidħol fuq https://www.medirect.com.mt.

Tags