Lokali

KANNABIS: Abela ma jagħtix free vote … imma jgħid li d-Deputati Laburisti kollha jaqblu

Se jitfa' l-balun f'sieq il-President

Il-Prim Ministru Robert Abela qed jibqa’ jinjora kull sejħa għal sens komun dwar il-liġi l-ġdida tal-Kannabis u qed jiqba’ għaddej romblu minkejja l-appelli tal-esperti fil-qasam billi qed jobbliga lid-Deputati tiegħu kollha jivvutaw favur il-liġi kif imfassla.

Abela ddikkjara li m’għandu l-ebda intenzjoni li jħalli lid-Deputati Laburisti jivvutaw kif jixtiequ huma, anke f’każ li ma jridux jivvutaw favur din il-liġi, billi qal li mhux se jkun qed jagħti free vote fuqha. Dan minkejja li diversi għaqdiet Ekleżjastiċi appellaw lill-Prim Ministru sabiex iħalli lid-Deputati tiegħu jivvutaw bil-mod kif jixtiequ dwar dan.

Fl-aħħar ġimgħat id-dibattitu dwar dan l-abbozz instensifika ruħu, b’lista sħiħa ta’ aġenziji, entitajiet u esperti jappellaw lil Gvern biex ma jgħaġġilx biex jgħaddi din il-liġi u biex jikkonsulta aktar dwar x’jista’ jkun l-impatt tagħha.

Abela minn naħa tiegħu qed jagħlaq widnejh għal dawn l-appelli – inkluż minn Caritas Malta, Richmond Foundation u OASI u issa jidher li se jkun qed jifta’ l-ballun f’saqajn il-President George Vella biex jagħti l-aħħar daqqa ta’ approvazzjoni għal din il-liġi.

Il-Prim Ministru isse se jitfa’ l-pressjoni fuq il-President