Futbol Sport

Konfront dirett bejn żewġ timijiet fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Bejn illum u għada tintlagħab ġurnata oħra mill-Kampjonat BOV Premier fejn tispikka l-partita bejn it-tim li jinsab fit-tieni post u t-tim li jinsab fit-tielet post. Valletta kontra Birkirkara minbarra li teżisti rivalità sportiva bejn iż-żewġ timijiet, dan l-istaġun flimkien ma’ Hibernians jinsabu fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika jiġġieldu għar-rebħ tal-kampjonat u żelqa għal xi ħadd minnhom tista’ tbiegħdhom xi ftit minn mal-leaders Hibernians.

Għada, l-Ħadd, Hibernians minn naħa l-oħra għandhom konfront diffiċli kontra Floriana, fejn il-Greens se jkunu qed jittamaw li jirkupraw mit-telfa kontra Sirens. Għal Hibernians, rebħa tfisser li jkomplu jkabbru d-distakk fil-quċċata tal-klassifika.

F’partita oħra, Sliema Wanderers jilagħbu kontra Ħamrun Spartans, f’partita fejn it-timijiet għandhom bżonn il-punti, hekk kif Sliema jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika filwaqt li Ħamrun se jkunu qed jittamaw li jirbħu wara r-rebħa ta l-ġimgħa li għaddiet fuq Santa Lucia.

KAMPJONAT PREMIER

Illum: Tony Bezzina Stadium: Mosta v Gudja U. 2.00pm, Sirens v Gżira United 6.00pm Stadium Nazzjonali: Valletta v Birkirkara 4.00pm Għada: Stadium Nazzjonali: Sliema W. v Ħamrun S. 11.30pm, Hibernians v Floriana 4.00pm Tony Bezzina Stadium: Santa Lucia v Balzan 6.00pm