Meta tibda tintlagħab il-ħmistax-il ġurnata tispikka il-partita f’waħda mid-derbies ta’ Londra meta West Ham fil-London Stadium jilqgħu lil Chelsea. West Ham s’issa kienu s-sorpriża tal-istaġun hekk kif jinsabu fir-raba’ post tal-klassifika b’24 punt, fejn fost l-oħrajn kisbu wkoll rebħiet kontra t-timijiet meqjusin bħala kbar.
Liverpool minn naħa l-oħra wkoll għandhom partita diffiċli kontra Wolves barra minn darhom b’Liverpool bħalissa għaddejin minn forma mill-aqwa hekk kif kisbu tliet rebħiet konsekuttivi fil-Kampjonat.
Manchester City li jinsabu fit-tieni post jilagħbu barra minn darhom kontra Watford b,City jiksbu erba’ rebħiet fl-aħħar ħames partiti.
Għada, l-Ħadd, Manchester United li għadhom ġejjin minn rebħa fuq Arsenal jilagħbu kontra Crystal Palace filwaqt li Tottenham jilagħbu kontra Norwich.
It-Tnejn Arsenal barra minn darhom jilagħbu kontra Watford.
PREMIER LEAGUE
Illum: West Ham v Chelsea 1.30pm, Newcastle v Burnley 4.00pm, Southampton v Brighton 4.00pm, Wolves v Liverpool 4.00pm, Watford v Man City 6.30pm Għada: Leeds v Brentford 3.00pm, Man Utd v C. Palace 3.00pm, Tottenham v Norwich 3.00pm, Aston Villa v Leicester 5.30pm It-Tnejn: Everton v Arsenal 9.00pm
//= $special ?>