Sport Waterpolo

Tibda l-ħames edizzjoni tal-Enemed Cup – Sliema jirbħu derby differenti mis-soltu

SLIEMA FRANK SALT…………………… 9

NEPTUNES………………………………….. 7

(2-2), (2-4), (3-0), (2-1)

Derby hu dejjem derby iżda għal din il-logħba ż-żewġ timijiet kellhom diversi plejers regolari nieqsa minħabba li jinsabu jilagħbu barra minn xtutna. Neqsin għal Sliema Jamie Gambin, Liam Galea, Benji Cachia u Matthew Mifsud. Fuq in-naħa l-oħra, Stevie Camilleri, Jeremy Abela, Jake Muscat, Alec Fenech u Sam Gialanze fost l-oħrajn.

Neptunes kellhom iwieġbu għal gowls ta’ Sliema darbtejn fl-ewwel sessjoni. Il-penalty skorjat minn Jordan Camilleri kmieni fit-tieni sessjoni wassal kien imiss lis-Slimiżi biex jiġru wara r-riżultat. Iż-żewġ timijiet baqgħu jirrispondu għal xulxin u saħansitra fl-aħħar minuta tas-sessjoni, Jayden Cutajar naqqas id-distakk, b’James Spiteri Staines iżomm il-vantaġġ ta’ 6-4 immedjatament wara.

Fit-tielet sessjoni spikkat ir-reazzjoni Slimiża, bit-tim ta’ Beto Fernandez jiskorja tlieta mingħajr risposta. Cutajar naqqas id-distakk minn man-up, il-veteran John Brownrigg ġab id-draw u għal darba oħra, reġa’ kien Jayden Cutajar li skorja r-raba’ gowl personali. Il-logħba baqgħet missielta sal-aħħar wara li Brownrigg u Camilleri skorjaw għat-timijiet tagħhom fil-bidu tal-aħħar sessjoni. Kien iż-żagħżugħ Kieyan Borg li ssiġilla r-rebħa minn sitwazzjoni ta’ superjorità numerika lejn it-tmiem.

Sliema: N. Grixti, J. Chircop, E. Schembri, D. Rizzo (1), M. Meli, S. Engerer, B. Attard, J. Cutajar (4), J. Brownrigg (2), K. Borg (2), Z. Mizzi, Z. Cutajar Licari, M. Vassallo

Neptunes: A. Borg Cole, M. Zammit, M. Farrugia, G. Pace, T. Agius, J. Spiteri Staines (1), M. Castillo (1), J. Camilleri (5), R. Galea, M. Spiteri Staines, B. Zammit, J. Cachia, A. Bugeja

Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri

BIRŻEBBUĠA FREEPORT……………… 7

SIRENS MECCA MARIN………………. 7

(2-1), (0-1), (4-3), (1-2)

Isaiah Riolo fetaħ l-iskor għal Sirens sakemm Russell Spiteri u l-akkwist il-ġdid Marco Mannino dawru l-vantaġġ fl-aħħar perjodu tal-ewwel sessjoni. Matthias Azzopardi ġab id-draw bl-uniku gowl fit-tieni sessjoni minn sitwazzjoni ta’ superjorità numerika.

Wara li reġgħu marru fi żvantaġġ, reazzjoni immedjata ta’ Birżebbuġa wasslet biex kisbu vantaġġ ta’ 5-3 kmieni fit-tielet sessjoni. Sirens kienu konċentrati biżżejjed biex ma ħallewx il-logħba taħrab minn idejhom u rkupraw l-iżvantaġġ doppju. Dan sakemm Mannino ħalla lit-tim ta’ Pierre Borg biex jibda l-aħħar sessjoni 6-5 minn fuq.

Sirens irnexxielhom idawru r-riżultat b’gowls ta’ Jacob Sciberras u penalty ta’ Ken Erodgan. Madankollu kien Ben Grech li evita t-telfa b’gowl fl-aħħar attakk ta’ Birżebbuġa fil-logħba.

Birżebbuġa: M. Sladden, J. Farrugia, N. Cassar, B. Grech (1), C. Borg, R. Mock, M. Mannino (2), D. Cutajar, M. Cassar, K. Tanti (1), R. Spiteri (2), M. Curmi, F. Buhagiar, G. Sammut

Sirens: G. Galea Curmi, M. Chircop, K. Erdogan (1), J. Sciberras (1), J. Zerafa Gregory (2), P. Serracino, M. Sciberras, I. Riolo (1), J. Napier (1), M. Cutajar, M. Bonnici, M. Azzopardi (1), M. Bonello du Puis

Referees: Stefan Licari, Richard Magri

EXILES…………………………………………… 6

MARSASKALA FISH AND FISH……. 6

(4-0), (1-2), (1-2), (0-2)

Marsaskala Fish and Fish irnexxielhom jiksbu punt minn logħba li dehret li setgħet tintilef kawża ta’ bidu ħażin. Dan hekk kif Exiles kienu diġà bnew vantaġġ triplu sa nofs l-ewwel sessjoni, b’Mark Fenech ikabbar il-vantaġġ minn man-up.

Iżda l-penalty skorjat minn Mark Carani segwit mill-gowl ta’ Jean Claude Cutajar, nissel fiduċja fl-Iskalin. Minn dak il-ħin, il-vantaġġ tul il-logħba qatt ma kiber iktar minn tliet gowls u dan wassal biex il-logħba baqgħet miftuħa.

Il-gowl tal-akkwist il-ġdid David Pace Lupi għaxar sekondi mit-tmiem tat-tielet sessjoni kien strumentali biex Marsaskala setgħu jevitaw it-telfa. Gerald Sammut skorja minn man-up veloċi fl-aħħar sessjoni, bil-veteran Pace Lupi ġab id-draw minuta mit-tmiem.

Exiles: M. Castillo, N. Saliba, S. Apap, P. Paris (1), T. Sullivan, S. Xerri de Caro (1), M. Fenech (2), K. Griscti, N. Paris (1), J. Bajada, M. Aquilina (1), D. Fenech, G. Borg

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), A. Camenzuli, R. Greco, G. Galea, K. Navarro, M. Manara, D. Pace Lupi (2), G. Sammut (2), J. Ciantar, M. Carani, A. Muscat

Referees: Neville Mercieca, Alex De Raffaele

Logħob li jmiss

L-Erbgħa 8 ta’ Diċembru

San Ġiljan v Birżebbuġa           9.30am

Marsaskala v Sliema                 10.35am

Sirens v Exiles                          11.40am