Futbol Sport

Tispikka Roma v Inter u Napoli v Atalanta

Fi tmiem il-ġimgħa mis-Serie A, tispikka l-partita Roma kontra Inter, illejla tispikka wkoll il-partita bejn Napoli u Atalanta. Roma se jkunu qed jittamaw li jirritornaw għar-rebħ wara d-disfatta f’nofs il-ġimgħa kontra Bologna. Minn naħa l-oħra Inter se jkunu qed jittamaw li jżommu l-pass mat-timijiet ta’ Napoli u Milan.

Napoli se jkunu qed jilagħbu f’partita diffiċli kontra Atalanta bit-tim ta’ Luciano Spalletti se jkun qed jilgħab din il-partita b’numru ta’ players importanti neqsin. Rebħa għal Atalanta tista’ tnaqqas id-distakk mal-istess Napoli għal żewġ punti biss.

Illejla wkoll, Milan jilagħbu kontra Salernitana hekk kif Milan kisbu rebħa kontra Genoa fi tmiem il-ġimgħa wara żewġ telfiet konsekuttivi. Għal Salernitana dan se jkun konfront pjuttost diffċili hekk kif jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika bi 8 punti biss.

Il-Ħadd, Juventus jilagħbu kontra Genoa fejn rebħa għal Juventus tfisser li jersqu qrib il-postijiet fl-Ewropa.

SERIE A

Illum: Milan v Salernitana 3.00pm, Roma v Inter 6.00pm, Napoli v Atalanta 8.45pm Għada: Bologna v Fiorentina 12.30pm, Spezia v Sassuolo 3.00pm, Venezia v Verona 3.00pm, Sampdoria v Lazio 6.00pm, Juventus v Genoa 8.45pm It-Tnejn: Empoli v Udinese 6.30pm, Cagliari v Torino 8.45pm