Coronavirus Lokali Saħħa

69 każ ġdid ta’ COVID-19

L-Awtoritajiet tas-Saħħa, permezz ta’ post fuq Facebook ħabbru li fl-aħħar sigħat kienu rreġistrati 69 każ ġdid ta’ COVID-19 f’pajjiżna. Dan filwaqt li fiequ mill-virus 123 persuna biex b’hekk il-każi attivi naqsu għal 1,293.

B’xorti tajba, għal jum ieħor ħadd ma tilef ħajtu kawża tal-Coronavirus iżda filwaqt li l-persuni fl-Isptar Mater Dei niżlu minn 21 għal 19, il-persuni fit-taqsima ta’ kura intensiva żdiedu minn 2 għal 3. Il-fatalitajiet tal-pandemija jibqgħu jammontaw għal 468.

Fl-aħħar sigħat ingħataw madwar 3,000 doża tal-booster tal-vaċċin.