Lokali

Apprezzament għax-xogħol imprezzabbli li għamlu u għadhom jagħmlu l-anzjani fis-soċjetà tagħna

Dalgħodu fil-ġonna ta’ San Anton ġiet imfakkra t-tielet sena mit-twaqqief tal-Monument Nazzjonali ddedikat għan-Nanniet.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Anzjani Maria Deguara qalet li s-sinifikat ta’ dan il-monument hu li jkun hemm rispett u apprezzament lejn in-nanniet kollha ħajjin u mejtin għall-ġid u x-xogħol imprezzabbli li għamlu u għadhom qed jagħmlu fis-soċjetà tagħna.

Preżenti għaċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-fjuri kien hemm Mary Vella, Kummissarju tal-Anzjani, il-President ta’ Nanniet Malta Philip Chircop, membri tal-Kumitat u membri tal-Assoċjazzjoni ta’ Nanniet Malta.