Kultura Lokali

Esebizzjoni ta’ presepji u bolol tal-Milied fid-Dar Ċentrali

Fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista bħalissa qed isir Misrah il-Milied, bi 15-il esebitur li qed jesebixxu madwar 50 presepju. Presepji ta’ kull għamla u daqs magħmulin minn materjal riċiklat.

Net News tkellem ma’ wieħed mill-esebituri, Charles Bellia li spjegalna fiex jikkonsisti x-xogħol biex isir presepju.

Presepju uniku hu dak ta’ Victor Sammit li għamel il-presepju bl-iktar materjal għal qalbu – it-tafal.

Esebitur ieħor hu Joseph Apap li spejgalna x-xogħol li kien jirrekjedi biex għamel il-presepji tiegħu.

U ma jistax jonqos li fost l-esebituri sibna lil Consiglia Debono, anzjana ta’ 88 sena li minn ċkunita kienet tħobb il-Milied u dak kollu li jġib miegħu.

Bħalissa għall-bejgħ hemm presepju Naplitan li qed ikun esebit fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista mal-presepji l-oħra.

Iżda esebiti m’hemmx biss numru ta’ presepji hekk kif wieħed isib ukoll kollezzjoni ta’ bolol marbutin maż-żminijiet tal-Milied.

Charles Azzopardi, li għandu miljuni ta’ bolol, fosthom l-ewwel bolla Maltija li tmur lura għall-1860, spjegalna wkoll kif bdiet din l-imħabba għal din il-kollezzjoni.

Wieħed jista’ jattendi d-Dar Ċentrali mal-familja tiegħu u jidħol fl-ispirtu tal-Milied billi jara esebizzjoni mill-isbaħ ta’ presepji kif ukoll l-kollezzjoni tal-bolol li se jibqgħu esebiti sal-aħħar tax-xahar.