“Ħallsu l-flus inkella inkella noħdulkom l-għelieqi”.
Hekk qed ikunu trattati numru ta’ bdiewa li qed jiġu mhedda li jittiħedulhom l-għelieqi tagħhom f’Marsaxlokk jekk ma jħallsux ammont ta’ flus għal dawn l-artijiet. Dan b’detriment għall-għajxieen tagħhom ta’ kuljum – għelieqi li ilhom jinħadmu minnhom għexieren kbar ta’ snin.
Ma’ dawn il-bdiewa hemm numru ta’ bdiewa oħra li d-destin tagħhom jinsab ukoll imdendel, hekk kif għadhom qed jistennew l-wegħda li kien għamel il-Gvern dwar protezzjoni legali.
Madwar għoxrin bidwi li tkellmu mat-Times of Malta qalu li se jkunu affettwati madwar 300 tomna art. Saħqu li ġew avviċinati minn raġel li qed jiddikjara li xtara l-art u talabhom jew li jixtru l-art bil-prezz ta’ €65,000 għal kull tomna, jaċċettaw ammont żgħir ta’ flus biex jitilqu jew inkella jiftħu kawża fil-qorti kontrih.
Ftit tal-ġimgħat ilu l-Partit Nazzjonalista qal li Gvern ġdid Nazzjonalista se jniedi skema ta’ għajnuna biex bdiewa attivi jakkwistaw direttament ir-raba’ tagħhom b’self bla interessi. Tali skema tkun miftuħa ukoll għal bdiewa żgħażagħ li jridu jidhlu fil-mistier agrikolu.
Proposta oħra li tressqet kienet li jitħaffef il-proċess ta regolarizzazzjoni ta’ qbiela tal-Gvern u li jiġu deċiżi l-bosta każijiet ta’ qbiela mal-gvern bi kwistjonijiet pendenti ta’ titlu jew reġistrazzjoni.
Il-PN qal ukoll li se jkun qed iniedi skema ta’ għajnuna diretta fuq il-ħlas ta’ qbiela fuq art privata. Din l-iskema se tkun tinkludi ħlas lura sa’ 70% tal-prezz tal-qbiela għal bdiewa li jagħtu prova ta’ produzzjoni ta’ ħxejjex u frott mibjugħa fuq is-suq lokali, b’inċentiv li jsaħħaħ il-prodott Malti.
//= $special ?>