Futbol Lokali Sport

Ħamrun Spartans jiksbu t-tieni rebħa konsekuttiva b’gowls fit-tieni taqsima

Rowen Camilleri

SLIEMA W………………0

ĦAMRUN S……………..2

Sliema W: D. Cassar, J. Morales, G. Aquilina, I. Gui, M. Fernandes (J. Mintoff 84’), J. Engerer (C. Flores 65’), Y. Uchida, J. P. Farrugia (O. Elouni 70’), M. Beerman, J. Bliek, D. Vukovic

Ħamrun S: H. Bonello, M. Guillaumier, J. Mbong, S. Lagzir (F. Sasere 63’), A. Oyama (S. Attard 88’), L. Gambin (P. Djordjevic 78’), K. Micallef, I. Ntow (C. Mercieca 63’), C. Dielna, E. Marcelina, F. El Bakhtaoui (D. Borg 88’)

Imwissija: F. El Bakhtaoui 40’ (Ħ) J. Bliek 82’ (S)

Skorjaw: M. Guillaumier 51’, F. Sasere 71’ (Ħ)

Referee: Darryl Agius

Assistenti Referees: Duncan Spencer u Mark Ciantar

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Matthew Guillaumier (Ħamrun Spartans)

BOV Plejer tal-logħba: Matthew Guillaumier (Ħamrun Spartans)

Ħamrun Spartans komplew bis-serje pożittiva tagħhom u kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu lit-tim tal-qiegħ nett Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 2-0. Kienu gowls fit-tieni taqsima minn Guillaumier u s-sostitut Sasere li taw tliet punti importanti liċ-champions lokali sabiex jerġgħu jwittu t-triq biex jiddefendu t-titlu u jippreparaw għall-logħba oħra importanti li jmisshom kontra Valletta.

L-ewwel taqsima nistgħu ngħidu li ma’ offriet l-ebda spettaklu għajr xi azzjonijiet li ma’ kienux ta’ periklu. Wara 29 minuta logħob Lagzir għal Ħamrun b’azzjoni personali u minn qagħda ċentrali ix-xutt fil-baxx tiegħu kien dgħajef wisq u spiċċa f’idejn Cassar. Fis-37 minuta mbad kienu Sliema li daħlu fil-kaxxa avversarja, b’Jake Engerer minkejja li kien issikkat minn Joseph Mbong irnexxielu jipprova x-xutt iżda l-ballun spiċċa barra. Għalekk l-ewwel taqsima spiċċat kif bdiet bl-iskor jibqa ma’ jinfetaħx.

L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima waslet wara ħames minuti meta kien El Bakhtaoui li minn korner dirett kien se jqarraq b’David Cassar iżda fortunatament għas-Slimiżi l-ballun ħabat mal-wieqfa. Minuta wara fil-51 minuta iċ-champions fetħu l-iskor. Kienet azzjoni mibdija minn El Bakhtoui li ra x-xutt tiegħu imtajjar mid-difiża bil-ballun jaqa f’saqajn MATTHEW GUILLAUMIER li bi ġmiel ta’ xutt tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka. Ħamrun baqgħu fuq l-offensiva u fis-57 minuta ħarba tipika ta’ Mbong fuq il-lemin li daħal fil-kaxxa u minn qagħda angulata prova xutt li għadda mħakkek mal-wieqfa. Fil-71 minuta Ħamrun irduppjaw meta s-sostitut FRANKLIN SASERE avvanza fil-kaxxa u minn qagħda ċentrali b’xutt fil-baxx għeleb lil Cassar. Fil-81minuta l-eks goalkeeper tal-Ispartans Davis Cassar kellu jwettaq save mill-isbaħ meta wara azzjoni personali Faissal El Bakhtoui prova xutt minn barra l-kaxxa iżda ra lil Cassar attent u dawwar f’korner. L-iskor baqa’ ma’ nbidilx u Ħamrun kisbu t-tliet punti filwaqt li Sliema reġgħu tilfu u baqgħu bla rebħa.