Futbol Sport

Hibernians jonqsu milli jkabbru l-vantaġġ f’ras il-klassifika

Rowen Camilleri

HIBERNIANS……0

FLORIANA………….0

Hibernians: I. Kone, T. Tabone (Z. Grech 46’), F. Apap, L. Almeida, J. Grech, J. Degabriele (T., B. Kristensen, D. Vella, A. Agius, G. Artilles, W. Domoraud

Floriana: G. Kitanov, A. M. Overend, C. Rujtens, O. El Hasni (E. Callegari 89’), Z. Cassar, K. Keqi (B. Paiber 88’), J. Arias, A. Ciolacu (E. Rebejna 88’), N. Garcia, J. Busuttil (D. Agius 78’), R. Camenzuli

Imwissija: C. Rutjens 40’, J. Arias 75’, N. Garcia 84’ (F) W. Domoraud 53’, F. Apap 55’, B. Kristensen 75’ (H)

Referee: Alex Johnson

Assistenti Referees: Edward Spiteri u Paul Apap

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Jan Busuttil (Floriana)

BOV Plejer tal-logħba: Jan Busuttil (Floriana)

F’partita li l-Greens ma’ kienu jisirqu xejn li kieku rebħu, anke minħabba li tħassrilhom gowl dubjuż ħafna, Hibernians u Floriana spiċċaw fi dro ta’ mingħajr gowls b’Hibernians jonqsu milli jżidu l-vantaġġ f’ras il-klassifika filwaqt li Floriana jispiċċaw fil-ħames post wara li nqabbżu minn Ħamru li rebħu kontra Sliema fl-ewwel partita tal-Ħadd.

Mal-għaxar minuti logħob Hibernians jikkonkludu l-ewwel darba lejn il-lasti ta’ Floriana meta kienet azzjoni personali tal-midfielder Dustan Vella li avvanza lejn tarf il-kaxxa, bix-xutt ċentrali tiegħu jkun salvat parzjalment minn Kitanov qabel mad-difiża tajjret f’korner. Fl-20 minuta Floriana jersqu viċin meta Camenzuli minn mal-linja qassam fin-nofs lejn Jan Busuttil li bla ma’ qadt jaħsibha prova xutt minn barra l-kaxxa li wara li kien devjat ħabat mal-wieqfa u mar f’korner. Żewġ minuti wara reġa kien Ryan Camenzuli l-protagonist fejn din id-darba prova xutt minn tliet kwarti ta’ grawnd li ħasad xi ftit lil Kone bil-gowlkiper internazzjonali tal- Guinea jkollu jdawwar f’korner. Fid-29 minuta Camenzuli għal Floriana jqassam lejn Ciolacu li rnexxielu jidħol fil-kaxxa u minn qagħda angulata prova x-xutt li għalkemm bi ftit spiċċa barra.

Fl-ewwel kwarta tat-tieni taqsima l-logħob kien maqsum bl-ebda xutt lejn il-lasti sakemm fl-64 minuta Jake Grech jirċievi ballun barra l-kaxxa u jipprova xutt fil-baxx li kien devjat f’korner. Fit-68 minuta Degbriele ħarab mal-linja u tefa’ kross fil-kaxxa ż-żgħira lejn Domoraud li iżda sab lil Magri Overend fil-ħin li interċetta fil-ħin. Fit-80 minuta s-sostitut Daniel Agius għal Floriana jipprova xutt minn tarf il-kaxxa li għadda ftit għoli. Fit-82 minuta Floriana jitħassrilhom gowl li jidher li kien regolari meta kien Arias li qassam lejn Keqi li b’xutt mill-ewwel għeleb lil Kone iżda l-assistent iddeċieda li Keqi kien f’pożizzjoni irregolari u għolla l-bandiera. L-iskor baqa’ ma’ nbiddilx sat-tisfira finali u ż-żewġ timijiet joħorġu mill-pitch b’punt kull wieħed.