Lokali

“Il-qtil ta’ Raymond Caruana jibqa’ jħeġġiġna naħdmu għad-demokrazija u l-libertà vera” – Bernard Grech

“Il-qtil ta’ Raymond Caruana 35 sena ilu jibqa’ kull mument iħeġġiġna naħdmu għad-demokrazija u l-libertà vera… għas-saltna tad-dritt biex Malta timxi ‘l quddiem.”

“Jekk naħdmu lkoll flimkien nistgħu għal darb’oħra nqumu u lil dan il-pajjiż inwassluh fejn jixraqlu li jkun rispettat, li jkun onorat, li jkollu demokrazija b’saħħitha, li jkollu politika denja fejn il-politiku jkun tassew qaddej u mhux jinqeda bil-poplu biex hu jasal fejn irid.”  

Kien dan il-qofol tal-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’kommemorazzjoni li saret fil-Każin Nazzjonalista tal-Gudja sabiex jitfakkar il-35 sena mill-qtil politiku ta’ Raymond Caruana.

Raymond Caruana…li jibqa’ maghruf bħala l-martri tal-liberta’….kien inqatel tard bil-lejl ffil-5 ta’ Diċeembru tal-1986 b’tiri ta’ sub machine gun sparati minn karozza li nstaqet quddiem il-każin Nazzjonalista tal-Gudja, li kien se jiġi inawgurat uffiċjalment ftit tal-jiem wara. Wiehed mit-tiri daħal mill-antiporta tal-bieb tal-kazin u laqat lil Raymond Caruana. Hu kien miet fil-post.

Bernard Grech qal li huwa tabilħaqq f’waqtu li qed ikun imfakkar dan l-anniversarju ta’ qtil politiku li kexkex lil pajjiżna proprju ftit jiem wara li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għamlet appell sabiex fil-Parlament Malti jaqdu dmuri tassew u jservi ta’ għassies tad-demokrazija li pajjiżna ħadem qatigħ biex ksibha.

Huwa qal li l-qtil taż-żagħżugħ Raymond Caruana kien il-kulminu ta’ snin sħaħ fejn il-vjolenza tħalliet tirrenja, fejn anke ftit tas-snin qabel kien hemm ukoll il-qtil politiku ta’ Karen Grech li wkoll kien il-bidu ta’ snin ta’ vjolenza li sewħħew wara.

Bernard Grech qal li matul din il-mixja vjolenti l-Gvern ta’ dak iż-żmien ħataf il-korp tal-Pulizija, l-armata u x-xandir pubbliku fost oħrajn. Illum 35 sena wara.. għandna sitwazzjoni parallela li ma tistax tkun iktar ċara.

“Illum 35 sena wara għadna qegħdin niddiskutu l-awtonomija tal-istituzzjonijiet. Pajjizn llum huwa grey listed għaliex għandu istitutzzjonijiet li flok għamlu xgħolhom iddefendew lil min suppost investigaw sakemm ftit snin ilu, bħal 35 sena ilu nqatlek Maltija oħra bħalma mbagħad wara kkrolla kollox.”

Huwa fakkar li 35 sena ilu tant li l-istutzzjonijiet ma ħadmux li ntużaw biex jinħoloq frame up fuq Pietru Pawl Busuttil li fuq wkoll kien qed jinħema pjan biex jeħilsu minu baxx baxx. 

“Ilum ukol għadna nisimgħu b’attentati ta’ frame ups u illum 35 sena wara għandna kabinett ta’ Minsitri li nstab ħati ta’ responsabbiltà kollettiva fil-qtil ta’ Maltija bħalna Daphne Caruana Galizia, li l-uniku ħtija li kellha kienet li ħademt għall-ideal.”

Huwa qal li 35 sena wara għandna Prim Ministru li lanqas hu lest jiddiskuti l-proposta li ressaq il-Partit Nazzjonalista biex il-Kumitat tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika jingħata s-saħħa li għandu bżonn biex Membri Parlamentari jibqgħu denji tat-titlu ta’ Onorevoli li jġorru.

“Ilum għandna Parlament li għandu diffikultà biex iċanfar membru minn tiegħu li tinsab ħatja li kissret l-istandards. Kumitat Parlamentari li jiddeċiedi li għandu jċanfarha  u jwissiha u minflok tirċievi ittra ta’ ċanfira, tirċievii ittra normali ta’ informazzjoni.”

Huwa qal li llum pajjiżna għandu Speaker tal-Parlament li fi kliemu stess qal li qiegħed hemm biex jiddefendi lill-Gvern.

35 sena wara għandna sitwazzjoni fejn l-istituzzjonijet pubbliċi għadhom bla tmexxija għaliex il-Prim Ministru injora kull isem li pproponietlu l-Oppożizzjoni, fost l-oħrajn dwar l-istituzzjoni tal-Ombudsman. 

 “Dan mhux it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet li jeħtieħ pajjiżna u li wigħed solennement il-Prim Ministru. Il-pajjiż mhux il-PL u lanqas il-PN.Il-pajjiż huwa u għandu dejjem ikun il-poplu Malti u Għawdxi kollu u dan il-pajjiż qed iħallas prezz għoli u qares ta’ dan il-kollass tal-istituzzjonijiet.”