Lokali

Illum il-35 anniversarju mill-qtil politiku ta’ Raymond Caruana

Fil-5 ta’ Dicembru ta’ l-1986, eżatt bħallum 35 sena ilu, seħħ il-qtil politiku ta’ Raymond Caruana fil-każin Nazzjonalista tal-Gudja.

Raymond Caruana…li jibqa’ maghruf bħala l-martri tal-liberta’….kien inqatel tard bil-lejl b’tiri ta’ sub machine gun sparati minn karozza li nstaqet quddiem il-każin Nazzjonalista tal-Gudja, li kien se jiġi inawgurat uffiċjalment ftit tal-jiem wara.

Wieħed mit-tiri daħal mill-antiporta tal-bieb tal-każin u laqat lil Raymond Caruana. Hu kien miet fil-post.

Dan il-kaz ta’ Raymond Caruana kien il-qofol ta’ epoka ta’ vjolenza politika tas-snin tmenin.

U biex jitfakkar l-anniversarju mill-qtil ta’ Raymond Caruana, dalgħodu saret quddiesa kif ukoll tqegħid ta’ fjuri fuq il-qabar ta’ Raymond Caruana fiċ-ċimiterju tal-Gudja – preżenti l-Kap tal-PN Bernard Grech u t-tmexxija tal-partit.