Lokali

“Irridu nibqgħu nissieltu għall-ġustizzja u d-demokrazija” – Bernard Grech

“Mhux illum biss, 35 sena wara li temmewlek ħajtek fil-każin tal-Partit Nazzjonalista fil-Gudja, imma kuljum billi nissieltu għall-ġustizzja u d-demokrazija.”

Hekk kiteb f’post fuq il-media soċjali l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fil-jum li qed jitfakkar 35 sena mill-qtil politiku ta’ Raymond Caruana.

Bernard Grech qal li rridu nżommu l-memorja ta’ Raymond ħajja u nibqgħu niftakru u nfakkru x’kienu ċ-ċirkostanzi li wasslu għal dan il-qtil politiku… il-politika tribali, l-abbuż tal-poter u l-impunità, li huma kollha fatturi li fi kliem Bernard Grech, jekk nagħlqu għajnejna għalihom jistgħu jwassluna fix-xifer.

Huwa temm il-messaġġ tiegħu bil-kliem ‘Qatt iktar’.