Futbol Sport

Sitt gowls fi draw bejn Santa Lucia u Balzan

SANTA LUCIA ……………….. 3

BALZAN ………………………… 3

Santa Lucia: J.Archibald, N.Pulis, G.Conti, P.Mota, V.Plut, A.Souza, F.Farias, V.Filho, J,Zerafa (J.Tanti 66′), D.Xuereb, K.Xuereb (L.Mckay 89′)

Balzan:J.Galea, A.Loof, M.Djuric (N.Frendo 72′), P.Fenech, U.Ljobomirac, M.Zlatkovic, G.Camilleri, M.Mijic, A.Andrejic (A.da Paixao 72′), B.Kaljevic (S.Jalu 84′), S.Cipriott

Referee:Daniel Portelli

Assistenti Referee: Mitchell Scerri, Vasil Vasilev

Fit-Tony Bezzina Stadium draw ta’ sitt gowls bejn Santa Lucia u Balzan li temmew bl-iskor ta’ 3-3. Santa Lucia fetħu l-iskor fit-8 minuta meta minn cross mil-lemin kien Vito Plut li daħal tajjeb bir-ras u għeleb lil Jake Galea għal 1-0. Minkejja dan Balzan kisbu l-gowl tad-draw fl-24 minuta meta l-freekick ta’ Milan Djuric ħabat mal-lasta, b’Bojan Kaljevic jidħol qabel kulħadd u jitfa’ fix-xibka għal 1-1.

Balzan dawwru l-iskor fl-34 minuta meta minn pass ta’ Milan Djuric, din id-darba kien Milos Mijic li b’konklużjoni b’saħħitha għeleb lil Julani Archibald għal 2-1. Fit-tieni taqsima, kienu Santa Lucia li kisbu d-draw, meta fit-68 mintua kien Francisco Farias li xeħet mill-viċin fix-xibka għal 2-2.

Madanakollu Balzan reġgħu marru fil-vantaġġ fit-73 minuta meta Bojan Kaljevic għadda tajjeb lejn Uros Ljubomirac li għeleb lil Archibald fil-baxx għal 3-2. Iżda Santa Lucia rnexxielhom jiksbu l-gowl tad-draw żewġ minuti mit-tmiem, meta reġa’ kien Francisco Farias li bir-ras tefa’ fix-xibka għal skor finali ta’ 3-3.