Lokali

Taljan ta’ 28 sena fil-periklu tal-mewt wara inċident bil-mutur

Taljan ta’ 28 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident bil-mutur. L-inċident seħħ il-Ħadd filgħodu għall-ħabta tal-erbgħa fi Triq Valletta, il-Mosta.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li r-raġel Taljan tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, Honda CB600F u waqa’. Passiġġier miegħu kien hemm Taljan ta’ 30 sena residenti l-Mosta.

Huma ngħataw l-assistenza minn tim mediku u ttieħdu l-isptar b’ambulanza. Iktar tard ix-xufier ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament u jinsab fil-periklu tal-mewt filwaqt li l-kundizzjoni tal-passiġġier għadha mhix magħrufa.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Lara Lanfranco fejn ħatret diversi esperti. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.