Lokali

Titfakkar il-memorja ta’ Raymond Caruana permezz tat-tqegħid tal-fjuri u quddiesa

Il-Ħadd filgħodu tfakkret il-memorja ta’ Raymond Caruana permezz tat-tqegħid tal-fjuri fuq il-qabar tiegħu li jinsab fiċ-ċimiterju tal-Gudja.

Qabel it-tqegħid saret talba għar-ruħu mill-Arċipriet tal-Gudja, Norman Zammit. Wara tqegħdu l-kuruni u bukketti tal-fjuri mill-Kap tal-PN, Bernard Grech, is-Segretarju Ġenerali tal-PN, Michael Piccinino, u qraba ta’ Raymond Caruana, fost l-oħrajn.

Wara, fl-10 ta’ filgħodu saret quddiesa fil-Knisja Arċipretali tal-Gudja mill-Arċipriet Norman Zammit fejn ġiet iddedikata għar-ruħ Raymond Caruana.

Preżenti għal dawn kien hemm il-Kap tal-PN, Bernard Grech flimkien ma’ martu AnnMarie Grech, il-Viċi Kapijiet tal-PN, Robert Arrigo u David Agius, is-Segretarju Ġenerali tal-PN, Michael Piccinino, deputati u kandidati.