Lokali Saħħa

Anke l-Kamra tal-Ispiżjara tappella lill-President ta’ Malta biex ma jiffirmax il-liġi tal-kannabis

Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, il-Kamra tal-Ispiżjara ingħaqdet ma’ diversi entitajiet oħra illi qed jappellaw lill-President George Vella biex ma jiffirmax il-liġi li se tillegalizza l-użu tal-kannabis.

L-ispiżjara jinsabu imħassba ukoll fuq l-effetti li l-kannabis jista’ jkollha fuq il-ħaddiema, inkluż dawk fis-settur tas-saħħa.

“Din mhix it-triq li għandu jieħu pajjiżna għall-ġid taż-żgħażagħ tagħna u tas-soċjetà”, ittemm tgħid l-istqarrija tal-Kamra tal-Ispiżjara.