Lokali

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li nqaleb bil-karozza fix-Xagħra

Anzjan ta’ 84 sena qed isofri ġrieħi serji wara li tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu ħabat ma’ ċint u nqaleb. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.15am li seħħ inċident fi Triq Tas-Sruġ, fix-Xagħra, Għawdex.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li raġel kien qiegħed isuq vettura tat-tip Daihatsu Sirion, tilef il-kontroll, ħabat ma’ ċint u nqaleb.

Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza biex jirċievi l-kura meħtieġa.

Hu ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament u jinsab fil-periklu tal-mewt.