Futbol Sport

Arrestat il-president ta’ Sampdoria Massimo Ferrero

Rapporti fil-media Taljana qed jindikaw li ġie arrestat il-president ta’ Sampdoria Massimo Ferrero dwar reati finanzjarji, li iżda m’għandhomx x’jaqsmu mal-club ta’ Sampdoria.

Ferrero qatta’ l-jum tat-Tlieta arrestat flimkien ma’ ħames persuni oħra li kienu taħt arrest f’darhom. Il-‘Guardia di Finanza’ arrestat lil Ferrero fuq allegat reati finanzjarji kif ukoll frodi wara investigazzjoni mill-prosekuturi fir-reġjun ta’ Calabria.

Ferrero ha f’idejh il-club ta’ Sampdoria lura fl-2014 iżda fl-aħaħr jiem, f’intervista mal-gazzetta ‘La Repubblica’ stqarr li qed ifittex investituri ġodda li lesti li jixtru l-club.