Lokali

Ċiklist iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza

Ċiklist mill-Gambja ta’ 32 sena residenti s-Swieqi kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn vettura fil-Marsa-Ħamrun Bypass.

Mill-investigazzjoni rriżulta li l-vettura, tat-tip Mazda Demio, kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Ħaż-Żabbar. Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7am.

Aktar tard, iċ-ċiklist ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.