Coronavirus Lokali

Covid-19: 81 każ ġdid, ifiqu 61

Fl-aħħar 24 siegħa instabu 81 każ ġdid ta’ Coronavirus. Fl-istess żmien 61 persuna kienu dikjarati mfejqa mill-virus u għaldaqstant, il-każi attivi issa huma 1,313.

Fortunatament ma kienx hemm imwiet fl-aħħar 24 siegħa biex għaldaqstant in-numru ta’ vittmi f’pajjiżna baqa’ 468. In-numru ta’ persuni li jinsabu rikoverati fl-Isptar hu 22 bi tlieta minnhom jinsabu fit-taqsima tal-Kura Intensiva.

Sa issa, ingħataw 135,048 doża booster tal-vaċċin.