Lokali Qorti

Darren Debono mhuwa involut fl-ebda lista ta’ sanzjonijiet minn naħa tal-Ġnus Maqgħuda u l-Unjoni Ewropea

L-eks plejer tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol Darren Debono, li qiegħed jiġi mixli b’ħasil ta’ flus mhuwa nvolut fl-ebda lista ta’ sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropa u l-Ġnus Maqgħuda. La kien u lanqas jinsab f’din il-lista. Dan ħareġ mix-xhieda ta’ Neville Aquilina li jinsab fil-Bord ta’ Monitorġġ dwar is-sanzjonijiet. Fuq mistoqsija minn naħa tad-difiża, Aquilina kkonferma dan kollu li kienet intbagħtet ittra lill-istess Debono li tikkonferma dan kollu.

Dan ħareġ meta kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Darren Debono u sieħbu Jeffrey Chetcuti, wkoll eks plejer tat-tim nazzjonali Malti. L-Avukati ta’ Debono kienu urtati ħafna fil-konfront prosekuzzjoni fuq il-fatt li dawn għandhom iġibu l-provi kollha kemm favur kif ukoll kontra l-akkużat meta dan m’għamluhx.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qalet lill-Prosekuzzjoni li jekk hi ma kinitx taf dwar dan mod, imma jekk kienet taf fuq l-kwistjoni tas-sanzjonijiet u ma qajjmithomx bħala prova, allura dan il-fatt qed iddarras minn dan il-fatt,.

Neville Aquilina qal li xogħol il-Bord hu li jara li s-sanzjonijiet jiġu osservati u tenna li huma jiflu  rapporti li joħorġu mill-Ġnus Magħaquda u l-Unjoni Ewropea. Semma wkoll l-immportanza ta’ dokumenti li nħarġu mill-Ġnus Maqgħquda fosthom wieħed fit-3 Marzu 2018.

Ix-xhud qal li l-Bord kien ilu josserva, sitwazzjoni ta’ kutrabandu fil-Libja. Huma kienu nkwetati wkoll fuq il-fatt li  kumpaniji Maltin setgħu kienu nvoluti fi ksur ta’ sanzjonijiet maħġruġa mill-Kunsiil tas-Sigurta tal-Ġnus  Magħquda.  Aquilina ppreżenta fil-Qorti dokumenti fuq ir-riżoluzzjonijiet, bl-aktar wieħed peritenti ikun dak maħru’ fl-4 ta’ Marzu 2016, u li fih f’paġna 46 jitkellem dwar kumpanija li fiha jissemma Darren Debono fuq vapuri kontrollati.

Rapport ħareġ ukoll fl-2017 fejn Darren Debono ma jissemmiex, iżda  hawn jissemmew kumpaniji u persuni Maltin oħra. Aquilina qal li huwa kien qed jitkellem mhux fuq sanzjonijiet, iżda fuq ħasil ta’ flus.. L-Avukat Stephen Tonna Lowell li flimkien mal-Avukati Giannella Demarco u Gianluca Caruana Curran qegħdin jidhru għall-akkużati qal li l-Prosekuzzjoni ma tistax takkuża lil xi ħadd mingħajr ma ssir investigazzjoni u dan dwar traffikatr taż-żejt.

Sadanittant Il-Qorti ordnat li d-Direttur tal-uffiċċju tal-irkupru tal-assi sabiex jassigura li amfori antiki li jidher li ġie ddikjarat li għandhom valur storiku u kulturali jiġi preżervati skont l-arti u sengħa. Dan wara li jidher li xi oġġetti li nstabu għand Debono kienu ntraċċati mill-ibħra Maltin. Sadanittant l-istess xhud, Neville Aquilina kien ukoll xehed fil-każ ta’ Pierre Paul Debono, li jiġi ħu Darren Debono u li għalih qegħdin jidhru l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri.

Saret talba minn naħa tad-difiża biex jiġu varjati l-kundizzjonijiet fil-konfront ta’ Darren Debono fosthom biex ma jkompliex jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija darbtejn kuljum. Debono kien ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €50,000 u garanzija personali ta’ €200,000. Huwa kien ġie ordnat ukoll mill-Qorti li ma jistax isiefer u li ma jistax jersaq 10 metri viċin il-kosta.  

Xejn inqas minn 15-il ruħ, fosthom Darren Debono u Jeffrey Chetcuti kienu ġew arrestati mill-Pulizija f’Novembru tas-sena l-oħra li għadda minn diversi lokalitajiet b’rabta ma’ reati ta’ ħasil tal-flus.   Magħhom kienu tressqu l-qorti wkoll 15-il kumpanija u ġew akkużati b’reati ta’ ħasil ta’ flus bil-qorti tordna l-iffriżar tal-assi kemm tal-persuni kif ukoll tal-kumpaniji.

L-arresti kienu saru wara xhur ta’ investigazzjonijiet intensivi mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji. Waqt din l-operazzjoni l-Pulizija kienet elevat xejn anqas minn 36 vettura, €60,000 fi flus kontanti, ammont konsiderevoli ta’ ġojjellerija u ħwejjeġ tad-ditta, apparat elettroniku li jinkludu fost oħrajn mobiles, kompjuters u servers u ammont kbir ta’ dokumenti li qed jiġu analizzati. Il-każ se jkompli fis-17 ta’ Jananr li ġej fil-10.45 am.

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Joseph Scerri u mill-Avukat Antoine Agius Bonnici mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.