Futbol Sport

Everton b’rebħa drammatika kontra Arsenal

(Ritratt: EPA)

F’Goodison Park Everton kisbu rebħa drammtika fl-aħħar minuti kontra Arsenal bl-iskor ta’ 2-1. Iż-żewġ timijiet kellhom bidu kajman bil-partita tiżvolġi aktar fit-tieni taqsima. L-attakkant ta’ Everton Richarlison kellu żewġ gowls mħassra, wieħed f’kull taqsima minħabba posizzjoni ta’ offside fiż-żewġ okkażżjonijet. Kienu Arsenal li marru fil-vantaġġ fil-45 minuta meta minn cross ta’ Kieran Tierney kien in-Norveġiż Martin Odegaard li daħal tajjeb u tefa’ l-ballun fix-xibka għal 1-0. Iżda Everton kisbu l-gowl tad-draw fit-80 minuta meta wara li x-xutt ta’ Demarai Gray ħabat mal-lasta, kien Richarlison li bir-ras tefa’ fix-xibka għal 1-1. Biex fit-93 minuta, hekk kif kollox deher li l-partita se tintemm fi draw, kien Demarai Gray li b’xutt mill-isbaħ għeleb lil Aaron Ramsdale għal 2-1.

Is-Sibt: West Ham v Chelsea 3-2,Newcastle v Burnley 1-0, Wolves v Liverpool 0-1, Southampton v Brighton 1-1, Watford v Man City 1-3 Ilbieraħ: Leeds v Brentford 2-2, Man Utd v C’Palace 1-0, Tottenham v Norwich 3-0, Aston Villa v Leicester 2-1 Illum: Everton v Arsenal 2-1